Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura

Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura – Rabat (28 ta’ Ottubru 2017)

Meta niltaqgħu flimkien għal Ewkaristija...aħna ma niġux hawn bi drawwa! Niġu hawn... biex niltaqgħu ma dak li l-iktar jħobbna, biex nisimgħu kelmtU, biex meta noħorġu minn hawn..nibqgħu mexjin warajh: il-Ħaruf t’Alla. Niġu hawn biex ngħaqqdu l-esperjenzi li ngħaddu minnhom – dak li qed ngħixu, dak li hemm fina – u narawhom fid-dawl tiegħu. F’ċertu sens..inħarsu lejħ...’l fuq..minn fejn tiġina kull għajnuna. Jien wieħed minn dawk li nemmen li ħajjitna nifmuha iktar u ngħixuha b’iktar paċi (peacefully lived), jew narawha fid-dawl tal-eternita’...fis-sens li taf li hemm ħajja oħra wara din (afterlife). Li nemmnu li hemm ħajja wara l-mewt – issa jew konxjament jew inkonxjament – dan se jaffetwa kif tħossok kull minuta, ta’ kull ġurnata ta’ kif tgħix. Jekk bil-maqlub, ma nemmnux fl-eternita’, trid tara kif se żżomm ġo fik ‘ix-xjaten’ (demons) tar-restlessness, tad-dizzapunti, tad-dwejjaq, tal-għira, tas-self-pity (titħassar lilek innifsek) u taċ-ċinizmu.

 

Jekk dil-ħajja naħsbu li hi ‘il-kollox’, allura hu:

  • Traġiku li tkun fqir, li ma jkollokx opportunitijiet, li ma tkunx b’saħħtek, jew li m’għandekx ġisem perfett.
  • Traġiku li m’għandekx talenti/spazju bizzejjed biex tesprimi ruħek tajjeb, li ma tesperjenzax estasi fl-imħabba. (estasy in love)
  • Traġiku li ma sibtx is-soulmate perfett, li jkollok torqod waħdek.
  • Traġiku li kont vittma ta’ xi inċident, li ġejt abbuzat/a, jew li ġejt ferut/a. (wounded).
  • Traġiku li l-ħajja taż-żwieġ jew tal-vokazzjoni li għażilt, ma neħħix is-solitudni minn ġo fik, li tħossok dejjem skjav tax-xogħol, tad-dmir, tal-familja, b’tali mod li ma tħossokx ħieles bizzejjed. (in a way that limits our freedom).
  • Traġiku li m’għandekx job li vera jtik sodisfazzjon, li m’għandekx karriera li tonora t-talenti li għandek.
  • Traġiku li ssib ruħek li qed tibda tixjieħ, li tibda titlef ċerta sbuħija fizika, jew li tibda tħossok imwarrab.
  • Traġiku li jkollok tifaċċja l-mewt meta f’ħajtek għad fadallek x’tagħti.
  • Traġiku li titlef il-pjaċiri tal-ħajja, li dejjem tħossok tgħix f’ħajja li għalik hi ‘żgħira’: ftit ħin, raħal żgħir, jafuk ftit.
  • Traġiku li tara l-ħolm tiegħek jsir trab, jew li tħoss nostalġija, għira, frustrazzjoni.
  • Traġiku toqgħod taħseb xi stajt tkun jew għamilt iktar, jew li tkun għamilt għażliet ħżiena.
  • Traġiku li tgħaddi il-ġimgħa/weekend waħdek, jew li tmur vaganza imma mbagħad ma kellekx ma min taqsmaha.
  • Traġiku li tgħix f’ġisem, f’familja, fi żwieġ, f’dar, f’dinja li qatt ma tista ttik kollox – full symphony – jew li tneħħilek għal kollox kull xewqa u restlessness ġo fik (our deepest restlessness and longing).
  • Bil-maqlub, meta ħajtek taraha u tgħix..fid-dawl tal-eternita’, allura tista’ tgħix aħjar u b’inqas restlessness, dizzapunti, dwejjaq, għira, self-pity, jew ċinizmu. Ifhem jibqgħu ftit hemm...imma zzommhom at bay...tikkontrolhom int, mhux huma lilek!

 

Tara ħajtek fid-dawl tal-eternita’ jgħina:

  • Niġġieldu aħjar lix-xjaten tal-għira, bitterness, paranoia, obsessions u gideb fina. (l-ilħna fina li dejjem jqattaw fina!)
  • Ma naqtawx qalbna kull darba li ġo fina jidħol id-dizzapunt (bitterness)...qishom cassette tapes qodma: diskursati antiki, weġgħat antiki, old rejections and old injustices...b’tali mod li dejjem ġo fik toqgħod tħossok tradut/cheated...life is not fair!
  • Ngħixu aħjar kull darba li jkollna imħabba skomda (frustrated love) b’tali mod li tidħol f’depression perpetwa (near-suicidal depression)

Li temmen f’ħajja wara din... ma jfissirx li tgħix fil-biża li hemm xi nar li se jaħarqek, jew li jekk tkun tajjeb, se taqla xi premju wara li tmut.

Temmen fl-eternita’, bil-maqlub, jgħinek jkollok viżjoni sewwa, li tista’ tgawdi l-veri ferħ/pjaċiri tal-ħajja, imma mingħajr ma toqgħod kuljum issallab lilek nnifsek..għax xi ħaġa ġo fik (ġismek, żwieġ, karriera, anke l-morali tiegħek), jew hemm barra..mhumiex perfetti!

 

  • Tgħallimna dan Marija: Sliem għalik palazz, tabernaklu, dar, ilbies, qaddejja, omm tiegħu. (titli li taha San Franġisk)
  • Tgħallimna dan Marija: hi... l-mara ta’ bla storbju u ta’ bla għaġġla; l-verġni li tisma u tas-silenzju. (hekk jsejjħilha Santu Wistin)
  • Tgħallimna dan Marija: hi... li kienet tisma l-istejjer ta’ kulħadd..għax kulħadd għandu storja x’jirrakonta (anke jekk int taraha dull jew bla sens). Anke li nisimgħu l-istorja tagħna stess...fil-paċi u b’ġentilezza!
  • Tgħallimna dan Marija: hi...li kienet dejjem f’rabta intima ma’ Alla, f’paċi miegħu, kien f’ġufha!
  • Tgħallimna dan Marija: hi...li kienet ġentili/tenera magħha nfisha u ma’ oħrajn.
  • Tgħallimna dan Marija: hi..li ħarset dejjem il fuq..... tgħidilna biex nkunu f’paċi fl-ispirtu tagħna (our soul), u anke jekk id-dinja li fiha qed ngħixuha xi kultant tidher zlugata, jew li l-ħolm tagħna b’xi mod inbarax...hi tgħidilna biex ma nitilfux il-qawwa li hemm ġo fina...biex inkunu ħienja. Kliem l-anġlu: ‘Ifraħ Marija!’

 

  • Tgħallimna fuq kollox dan kollu, Ommna l-Verġni Marija, li għax semgħet il-kelma hi l-ewwel u ġarret din il-kelma hi stess f’ġufha saret – araw il-missjoni vera tagħna - allura tifhem għalfejn hija l-iktar imbierka. Marija: l-arka tal-patt il-ġdid (għax f’ġufha twieled il-Messija mwiegħed), tfakkarna biex dejjem inħarsu ‘l fuq, u li ‘l-qabar’ (l-oqbra tagħna) mhumiex l-aħħar kelma. O Ġesu’, aħna nirringrazzjawk tad-don tal-qawmien tiegħek u li llum int tħaddan f’dirgħajk lil Ommok Marija u twassalha bħala l-arka l-ġdida fit-tempju tal-Mulej, għax fiha tajna sinjal sabiħ ta’ tama. Għina llum Marija...inkabbru id-devozzjoni tagħna vera lejk, l-imitazzjoniji tal-virtujiet tiegħek tas-safa, tal-umilta’, tas-smiegħ tal-kelma ta’ Alla u tal-imħabba tal-għedewwa. 
  • Lil Marija għalhekk għandna ‘bżonnha’: għax f’dinja li fiha hawn min qed jibża ‘jmut’ u hawn min ukoll qed jibża jgħix...fiha – f’Marija - hemm twarrad kull tama. Is-sigriet tagħha – intelqet f’idejĦ totalment: Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek! Kelma tal-aħħar..jien tgħallimtha bil-mod: Jekk kuljum – bħal Marija - mmorru għand Alla b’qalb miftuħa u nitgħallmu nkunu paċenzjużi u naħdmu biex inżommu ir-relazzjoni tagħna miegħU ħajja kuljum, allura anke meta l-fidi jew il-ħajja tagħna tiġi ppruvata, nindunaw kemm Alla tagħna hu fidil bil-kbir. Nitlob li jien u intom ukoll...nintelqu f'idejĦ kuljum. 
  • Għandna ‘bzonnha’ lil Marija...fi żmien meta l-kumpass morali tas-soċjeta’ tagħna jidher li sbilanċja ruħu waħda sew; meta ġieli d-dlam jidher li qed jirbaħ lid-dawl, u fi żmien meta ħafna rrasenjaw ruħhom li jgħixu biss in-normalita’ (kemm għejja u dilluzjoni tara fl-għajnejn!) u għax tilfu l-ispark u l-ħeġġa tal-ewwel imħabba, qed jinsew/qed ninsew, li kull ġurnata hi l-aqwa okkazzjoni biex niftakru li aħna lkoll maħbubin u li l-ħajja hija l-isbaħ don li għandna f’idejna biex ngħixu l-ewwel ħolma li Alla kellu u għad għandu għalina. 
  • Nagħmlu tagħna l-Memorare (attribwita lil San Bernard) li hi riċetta ta’ sliem fiha nfisha: “Ftakar ja l-iżjed ħanina Omm Verġni Marija, li qatt ma nstema’ li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih u inti ma smajtux. Imqanqal minn dan il-ħsieb għal għandek niġri, ja Verġni Omm tiegħi: għandek niġi, quddiemek noqgħod midneb u niedem, ja Omm l-Iben t’Alla magħmul bniedem.  La tistmerx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni. Ammen”

© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.