L-Għan

L-għan tal-Ordni Agostinjan (OSA) jikkonsisti li, f’għaqda fraterna u ta’ ħbiberija spiritwali, infittxu u nfaħħru lil Alla u naħdmu għas-servizz tal-poplu tiegħu. B’dan il-mod, aħna naqsmu mal-ħidma ta’ evanġelizzazzjoni tal-Knisja biex twassal il-Bxara t-Tajba lid-dinja kollha biex inkunu nistgħu nittrasformaw id-dinja minn ġewwa. Din hija x-xhieda tagħna. (cf Kostituzzjonijiet OSA 13)

Għalhekk, li nkunu nies mimlija b’Alla, mimlija dawl, mimlija ferħ. Bħal Wistin... Mulej, aħna rridu nibqgħu nfittxuk, nixtiequ nkomplu nsibuk u nagħrfuk... imma fuq kollox irridu nkomplu nħobbuk dejjem iktar.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.