Ministeru maż-Żgħażagħ

 

Il-ministeru taż-żgħażagħ għandu l-għan li jressaq viċin xulxin żgħażagħ minn oqsma differenti tal-ħajja, permezz tax-xewqa komuni li niskopru aktar lilna nfusna, li ngħixu f’sens komunitarju ma' żgħażagħ oħra, u li nimxu wara Alla, fl-ispirtu tat-tagħlim ta’ Santu Wistin, missierna. Dan il-grupp joffri liż-żgħażagħ il-possibbiltà li jirriflettu fuq dak li Alla jixtieq minnhom, flimkien mal-opportunità li jaqsmu ħsibijiet, riflessjonijiet u esperjenzi ma' żgħażagħ oħra li qegħdin jimxu triq simili fil-ħajja tagħhom. Aħna nżommu lil Alla bħala ċ-ċentru tal-laqgħat u tal-attivitajiet tagħna, filwaqt li naħdmu biex niskopru iżjed lilna nfusna u biex inkunu ta' servizz għall-oħrajn.


Attivitajiet li jmiss - Ministeru maż-Żgħażagħ

iċċekkja drabi oħra għal attivitajiet oħrajn fil-futur
© 2020 agostinjani.org. All Rights Reserved.