Santu Wistin

L-ewwel snin ta’ ħajjet Wistin u ż-żgħożija tiegħu

Santu Wistin twieled fit-13 ta’ Novembru 354 f’Tagaste (illum Souk Ahras). Il-belt ta’ Tagaste tinsab madwar 100 kilometru fin-nofsinhar ta’ Ippona (illum Annaba), il-belt marittima li tagħha Wistin kien sar isqof. Dawn iż-żewġt ibliet jinsabu fl-Afrika ta’ Fuq, fil-lvant tal-Alġerija.

Il-ġenituri tiegħu kienu Monika u Patrizju. Monika kienet nisranija konvinta, filwaqt li Patrizju kien pagan sa ftit qabel ma miet, fis-sena 371. Wara li attenda l-iskola elementari f’Tagaste, ta’ madwar għaxar snin, intbagħat jistudja l-grammatika u l-letteratura klassika f’Madawra, belt mhux wisq il-bogħod minn Tagaste. Madwar is-sena 369, iż-żagħżugħ Wistin kellu jwaqqaf l-istudji tiegħu għal sena minħabba li missieru ma setax ikompli jħallaslu.

 

Iż-żgħażugħ Wistin:esperjenzi u tfittxija
Wistin, reliġjuż, saċerdot u isqof ta’ Ippona
Il-wirt spiritwali ta’ Santu Wistin
santu-wistin.jpg

© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.