Il-kunvent ta’ Ħal Tarxien nistgħu ngħidu li hu imdawwar b’attivita’ pastorali. Hawnhekk l-patrijiet Agostinjani joffru s-servizzi tagħhom f’żona residenzjali li tilħaq nies minn lokalitajiet fil-qrib. Fl-2006 beda x-xogħol biex jiġġedded il-bini tal-Oratorju, fejn żdiedu diversi faċilitajiet. Parti mill-attivitajiet li jsiru f’dan l-Oratorju jiġu organizzati mill-NGO Maltija Extend.

Extend hija NGO Maltija, li l-viżjoni tagħha hija li toħloq spazju fejn l-edukaturi u l-istudenti jkabbru l-għarfien tagħom f’relazzjoni ta’ mħabba u rispett. Din l-għaqda qiegħda fi ħdan il-komunità Agostinjana f’Ħal Tarxien. Extend bħalissa qed tmexxi 4 proġetti li huma Pass Pass, Sajf Mal-Ħbieb, Tarġa Tarġa u AYC. Dawn il-proġetti huma kollha mmexxija minn volontiera.

 

Pass Pass

Pass Pass huwa klabb tal-litteriżmu għal tfal ta’ bejn sitt u tmien snin. Is-sessjonijiet isiru darba f’ġimgħa ġewwa ċ-Ċentru Dun Ġwann Mamo. L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jgħin lit-tfal fil-qari u fil-kitba, fis-suġetti tal-Malti u tal-Ingliż. L-edukaturi volontiera jagħmlu użu minn diversi mezzi interattivi bħal-logħob u krafts biex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal bl-aħjar mod possibbli.

https://www.facebook.com/pg/passpass15/photos/?ref=page_internal

Sajf mal-Ħbieb

Sajf mal-Ħbieb huwa klabb soċjali li jsir matul ix-xhur tas-sajf. L-għan ewlieni ta’ dan il-klabb huwa li jipprovdi spazju fejn it-tfal u l-adolexxenti jkunu jistgħu jinteraġixxu flimkien permezz ta’ logħob u attivitajiet. Waqt dawn l-attivitajiet, li huma organizzati minn għadd ta’ volontiera, it-tfal ikollhom l-opportunità li jitgħallmu ħiliet ġodda.

https://www.facebook.com/pg/Sajfmalhbieb/photos/?ref=page_internal

 

Tarġa Tarġa

Tarġa Tarġa huwa think-tank bil-missjoni li jesplora u jistudja diversi sitwazzjonijiet li huma marbuta maż-żgħażagħ. Permezz tar-riċerka, il-volontiera ta’ dan it-tim jippruvaw jassistu lil diversi organizzazzjonijiet u ċentri taż-żgħażagħ sabiex ikollhom programm interattiv għall-membri tagħhom. It-tim wettaq eżercizzju simulattiv bl-isem ta’ Youth Space Idea 5K. L-eżeriċizzju sar ma’ diversi ċentri madwar Malta u t-tim ġabar informazzjoni fuq ix-xewqat taż-żgħażagħ marbuta mal-attivitajiet u mal-ispiritwalità.

https://www.facebook.com/extendmalta/

 

Augustinian Youth Centre

Wara li nħass il-bżonn sabiex jitwaqqaf ċentru għaż-żgħażagħ, Extend, flimkien mal-komunita’ Agostinjana f’Ħal Tarxien u permezz ta’ għadd ta’ volontiera, waqqfet grupp għall-adolexxenti.  Permezz ta’ sessjonijiet u attivitajiet, il-volontiera ta’ dan il-grupp jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jgħinu lill-adoloxxenti fl-iżvilupp ħolistiku tagħhom li jinkludi l-elementi psikoloġiċi, soċjali, u spiritwali.

https://www.facebook.com/extendmalta/



Attivitajiet li jmiss - Tarxien

iċċekkja drabi oħra għal attivitajiet oħrajn fil-futur
© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.