Regola ta’ Santu Wistin

santu-wistin_rule.jpg

Dawn huma l-ħwejjeġ li rridukom tħarsu, intom li tinsabu miġbura fil-monasteru.

L-ewwel ħaġa, li minħabba fiha intom inġbartu flimkien, hi li tgħixu għalenija fid-dar ħalli jkollkom ruħ waħda u qalb waħda f’Alla.

U tgħidux li għandkom xi ħaġa tagħkom, iżda kollox għandu jkun ta’ kulħadd u s-superjur tagħkom iqassam lil kull wieħed minnkom l-ikel u l-ilbies, mhux lil kulħadd l-istess għax mhux ilkoll tifilħu ndaqs, iżda aktar kif kull wieħed minnkom ikun jenħtieġ. Hekk taqraw fl-Atti ta’ l-Appostli, li “kellhom kollox ta’ kulħadd, u li kien jitqassam lil kull wieħed kif kien ikun meħtieġ.

Dawk li kellhom fid-dinja xi ġid, hekk kif jidħlu fil-monasteru għandhom igħadduh minn qalbhom biex ikun ta’ kulħadd.

Dawk li ma kellhom xejn, m’għandhomx ifittxu fil-monasteru dak li lanqas barra ma seta’ jkollhom. Madanakollu għandu jingħatalhom kull ma jeħtieġu għal saħħithom, ukoll jekk meta kienu barra, fil-faqar tagħhom, ma kinux jistgħu jsibu l-ħwejjeġ meħtieġa. B’daqshekk m’għandhomx igħoddu ruħhom b’hienja għax sabu l-ilbies u l-ikel li barra ma setgħux isibu bħalhom.

Anqas m’għandhom igħollu rashom meta jsibu ruħhom f’xirka waħda ma’ dawk li lejhom ma kellhomx ħila jersqu meta kien barra, iżda għandhom igħollu qlubhom ‘il fuq u ma jfittxux il-frugħa ta’ l-art, biex il-monasterji ma jibdewx ikunu ta’ siwi għall-għonja biss u mhux għall-foqra wkoll, jekk l-għonja jiċċeknu u l-fqar jitkabbru.

Min-naħa l-oħra, dawk li fid-dinja kien jidhrilhom li huma xi ħaġa m’għandhomx jiddejqu b’dawk l-aħwa li f’din il-għaqda mqaddsa ġew mill-faqar. Iżda għandhom aktar jiftaħru bil-għaqda ma’ ħuthom foqra milli bil-ġieh ta’ qrabathom għonja. Ma għandhomx jintrefgħu jekk taw lill-komunita’ xi ħaġa minn ġidhom u b’dan il-ġid tagħhom li tqassam fil-monasterju ma jitkabbrux aktar milli kieku baqgħu jithennew bih fid-dinja. Għax jekk kull vizzju ieħor jinqdew bih biex nagħmlu xi għemil ħażin, il-kburija tindehes saħansitra fl-għemejjel it-tajba biex tħassarhom. U xi jkun jiswielu dak il-bniedem li jqassam ġidu kollu lill-fqar u huwa nnifsu jsir fqir, jekk ir-ruħ imsejkna tiegħu aktar tibda titkabbar meta jiċċaħħad minn ġidu milli meta dan il-ġid kien għadu tiegħu?

Għalhekk għixu lkoll għalenija u maqgħudin flimkien u qimu f’xulxin lil Alla li tiegħu sirtu għamara mqaddsa.

Inġabru għat-talb fil-ħinijiet u fiż-żminijiet magħżula għalhekk.

Fl-imkien tat-talb ħadd m’għandu jagħmel ħwejjeġ oħra ħlief dawk biss li għalihom dan l-imkien ħa l-isem minnhom, ħalli jekk xi ħadd fostkom fil-ħin battal ikun irid jitlob barra s-sigħat imwaqqfa, ma jkunx imfixkel minn dawk li jkunu jridu jagħmlu ħwejjeġ oħra.

Meta tkunu qegħdin titolbu ‘l Alla bis-salmi u bl-innijiet xtarru f’qalbkom dak li l-fomm ikun qiegħed ilissen.

U tkantawx ħlief meta hu miktub li għandu jingħad bil-kant; dak li mhux maħsub għall-kant ma għandux jitkanta.

Għakksu ‘l ġisimkom bis-sawm u bl-astinenza mill-ikel u mix-xorb daqs kemm ittikom saħħitkom. Jekk xi ħadd ma jkunx jiflaħ isum, ma għandux jieħu xi ħaġa barra mill-ħinijiet ta’ l-ikel, ħlief meta jkun marid.

Minn x’ħin tkunu fuq il-mejda sa ma tqumu, oqogħdu isimgħu mingħajr tgergir jew tilwim dak li jkun qiegħed jinqralkom, kif inhi d-drawwa, ħalli mhux biss il-ġisem jieħu l-ikel tiegħu, iżda wkoll il-widnejn jixxennqu għall-Kelma t’Alla.

Ħadd ma għandu jħossu mdejjaq jekk xi ħadd minnkom, li huwa dgħajjef minn saħħtu, ikun moqdi aħjar fl-ikel, lanqas tidher ħaġa nġusta jekk drawwa oħra għamlet lil x’uħud aktar b’saħħithom. Lanqas ma għadhom jitqiesu riżqhom tajjeb dawk li jieħdu ikel li ma jiħux ħaddieħor, iżda għandhom jifirħu bihom infushom li jistgħu jagħmlu ħwejjeġ li ħaddieħor ma jistax jagħmilhom.

U jekk dawk, li ġew fil-monasteru minn drawwiet aktar fini jingħata ikel, ilbies jew għata li ma jingħatawx lil oħrajn li huma b’saħħithom, aktar, u għalhekk aktar riżqhom tajjeb, dawn ta’ l-aħħar għandhom iġibu quddiem għajnejhom minn xiex iċċaħħdu sħabhom l-oħrajn mill-ħajja tad-dinja biex iħaddnu din il-ħajja, għad li jkunu għandhom ma jistgħux jaslu għal kollox biex igħakksu lilhom infushom daqskemm igħakksu ruħhom l-oħrajn li huma aktar qawwija. Għalhekk ma għandu qatt jiġri li kulħadd ikun irid għalih ukoll dik ix-xi ħaġa żejda li tingħata lil ftit mhux bħala ġieh, iżda għax wieħed jagħlaq għajnejh, li ma jmurx jinqala’ dak it-taħwid ikrah billi fil-monasteru l-għonja jsiru ħabrieka u l-fqar imħeddla.

M’hemmx għalfejn ngħidu li, bħalma l-morda għandhom joqogħdu ħfief mill-ikel biex ma jmorrux għall-agħar, hekk ukoll wara l-marda tagħhom għandhom jiġu moqdija b’mod li jerġgħu jieħdu saħħithom mill-aktar fis, imqar jekk ikunu ġew mill-aktar faqar tad-dinja. Dan isir magħhom ukoll minħabba l-marda li jkunu għadhom kemm ħarġu minnha, xejn anqas milli jsir mal-għonja minħabba d-drawwa li fiha kienu jgħixu. Iżda meta jergġħu jieħdu saħħithom sewwa, għandhom jaqbdu mill-ġdid il-ħajja aktar hienja ta’ qabel li billi kienu jeħtieġu anqas, tixraq iżjed lill-qaddejja ta’ Alla. Wara li jkunu fiequ ma jibqgħux mirbuħa mix-xewqa ta’ dak l-ikel li fih kienu sabu l-għajnuna meta kien jenħtiġuh fil-mard. Huma meqjusa aktar għonja dawk li jifilħu aktar għat-tgħakkis. Aħjar tkun tenħtieġ ftit milli jkollok iżżejjed.

L-ilbies tagħkom ma għandux jagħti fil-għajn; anqas ma għandkom tfittxu li tingħoġbu fl-ilbies, iżda fil-ħajja t-tajba.

Meta toħorġu ħudu lil xi ħadd magħkom; u meta taslu fejn ikollkom tmorru ibqgħu flimkien.

Fil-mixi, fil-qgħad, fl-imġiba tagħkom tagħmlu xejn li jweġġa’ l-ħarsa ta’ xi ħadd, iżda ġibu ruħkom kif jixirqilha qdusitkom.

Jekk ħarsitkom taqa’ fuq xi mara, la twaħħlux għajnejkom fuqha. Mhux b’daqshekk, meta tkunu barra fit-triq ma tistgħux taraw nisa, iżda l-ħażin hu li tixtiquhom jew li tkunu tridu li jixtiqukom. U din ix-xewqa ħażina ma tinbitx biss mill-mess u mill-ġibda, iżda mqar bil-ħars. Lanqas ma għandkom tgħidu li qalbkom hija safja jekk għajnejkom huma mniġġsa, għax għajn imniġġsa hija xhieda ta’ qalb imdardra. U meta tnejn jagħtu ‘l xulxin ħjiel ta’ qalb imniġġsa, imqar bla kliem xejn iżda bil-ħars biss u dawn jitħajru għal xulxin bil-ġibda ħażina tal-ġisem, is-safa nfisha tgħib mid-drawwiet tagħkom, ukoll jekk il-ġisem jibqa’ bla mittiefes.

Dak li jixħet ħarstu fuq mara u jkun jixtieq li hija wkoll tħares lejh, ma għandux jaħseb li ħadd ma jkun qiegħed jintebah meta jagħmel dan. Jintebhu bih, iva, u jarawh sewwa sew dawk li jkun jaħseb li ma rawhx. Iżda wkoll jekk kollox jibqa’ mistur u ħadd ma jarah, x’sejjer jagħmel b’dak li mill-għoli jilmaħ kollox u li lilu xejn ma jista’ jinħbielu? Jaqaw għandna naħsbu li ma jkunx qiegħed jarana jekk fil-ħarsa tiegħu hemm daqshekk sabar daqskemm ikun hemm għarfien? U għalhekk il-bniedem ta’ Alla għandu jibża’ li jriegħex lilu biex ma jogħġobx ħażin lil ebda mara. Għandu jiftakar illi l-ħarsa tiegħu tilmaħ kollox, ħalli b’hekk il-ħarsa tiegħu ma jixħiethiex fuq ebda mara. Għax tabilħaqq għalhekk ukoll twissina l-Kitba Mqaddsa biex nibżgħu minnu, meta tgħidilna: “Huwa misħut quddiem il-Mulej min iwaħħal ħarstu” (Prov 27: 20).

Għalhekk meta tkunu flimkien fil-knisja jew kull fejn ikun hemm nisa, ibżgħu għas-safa ta’ xulxin. “Alla mbagħad li jgħammar fikom” (2 Kor 6: 16) jinqeda bikom stess biex iħariskom.

U jekk dan it-tixrid ta’ l-għajnejn, li fuqu qiegħed inkellimkom, tintebhu bih f’xi wieħed minnkom, wissuh mill-aktar fis biex il-ħażen mibdi ma jimxix ‘il quddiem, iżda jissewwa minnufih.

Iżda jekk wara li tkunu widdibtuh tarawh imqar jekk f’xi jum ieħor itenni l-ħtija, dak li jkun induna bih għandu jġib ruħu miegħu bħal wieħed marid li jenħtieġ jitfejjaq. Imma qabel għandu juri b’dan kollu lil xi wieħed jew tnejn oħra, biex bi tnejn jew tliet xhieda jkun jista’ juri l-ħtija ta’ dak li naqas u għandu jitwiddeb b’ebusija kemm hu xieraq. Ara taħsbu li tkunu qegħdin tagħmlu xi ħaġa ħażina meta turu b’dan lil ħaddieħor. Aktar tkunu qegħdin tagħmlu ħażin jekk bis-skiet tagħkom tħallu lil ħukom jintilef, meta b’kelma tagħkom tistgħu tiftħulu għajnejh. Jekk ħuk ikollu ġerħa li jkun irid jaħbiha għax jibża’ mit-tabib, ma taħsibx li tkun qalbek iebsa jekk tagħlaq fommok u ma tgħidx biha lil ħaddieħor? Mela kemm aktar għandek titkellem meta tara l-ħażen jikber fil-qalb?

Iżda jekk tara illi l-ħati wara li kien imwissi ma jfittixx li jsewwi l-ħsara, qabel ma ssejjaħ lil oħrajn li jkunu jistgħu jagħtu xhieda dwar in-nuqqas tiegħu jekk jiċħad, għandek turi b’kollox lis-superjur, ħalli b’hekk ikollu mnejn joħroġ mit-triq il-ħażina fis-skiet bla ma jkun hemm għalfejn jixxandar ma’ l-oħrajn. Jekk imbagħad iwebbes rasu, għandek tinqeda b’ħaddieħor, imqar quddiem kulħadd, biex il-ħtija tiegħu tkun tista’ tintwera mhux biss minn xhud wieħed, imma wkoll minn tnejn jew tlieta u meta ma jkunx jista’ jiċħad iżjed in-nuqqas tiegħu, għandu jilqa’ l-piena ta’ fejda li tingħata mis-superjur jew mill-presbiteru li għandu f’idejh din il-ħaġa. Jekk ma jkunx irid iwettaqha, ukoll jekk ma jitlaqx minn jeddu, għandu jitkeċċa mill-għaqda tagħkom. Din ma għandhiex tissejjaħ imġieba ħarxa, iżda għemil ta’ ħniena ħalli l-oħrajn ma jittiħdux b’din l-imxija qerrieda tiegħu.

Jekk mela xi ħadd ikun hekk mexa ‘l quddiem fil-ħażen li jilqa’ bil-moħbi mingħand xi mara ittri jew rigali, jekk din il-ħtija jistqarrha minn rajh għandha tinħafirlu u nitolbu lil Alla għalih; iżda jekk jinqabad u jgħaddi b’ħati, għandu jitwiddeb aktar bl-aħrax kif ikun jidhirlu bil-għaqal tiegħu l-presbiteru jew is-superjur.

Ħallu ħwejjiġkom fi mkien wieħed taħt il-ħarsien ta’ persuna jew tnejn jew kemm ikun meħtieġ, ħalli jieħdu ħsiebhom biex ma jitmessewx mill-kamla. Bħalma tieklu minn mejda waħda, hekk ukoll ilbsu minn tagħmira waħda. U kemm jista’ jkun toqogħdux tħabblu raskom jekk jagħtukomx jew le ħwejjeġ tajbin għaż-żmien li jkun, jew jekk kull wieħed minnkom jingħatawlux jew le ħwejjeġ li jkun neħħa qabel. Ikun biżżejjed għalikom li ħadd ma jkun jonqsu dak li jenħtieġ. Jekk imbagħad jinbet xi tilwim jew tgergir bejnietkom u xi ħadd ikun jidhirlu li tawh ħwejjeġ agħar milli kellu qabel jew li ma jixraqlux jilbes bħalma jilbes xi ħadd minn ħuti, minn dan kollu għandkom tagħarfu kemm tkunu għadkom neqsin mil-libsa mqaddsa ta’ ġewwa tal-qalb, intom li titlewmu fuq l-ilbies ta’ barra tal-ġisem. Jekk imbagħad is-superjur jagħlaq għajnejh minħabba l-ftit ħila tiegħu u jħallikom tieħdu mill-ġdid dak li tkunu neħħejtu qabel, jenħtieġ iżda li ħwejjiġkom tħalluhom kollha fi mkien wieħed, taħt il-ħarsien ta’ dawk li jkunu mqabbda jieħdu ħsiebhom.

Hekk ħadd ma jkun qiegħed jaħdem xejn għalih innifsu iżda kull ma tagħmlu tagħmluh għall-ġid ta’ kulħadd b’dik l-imħabba u b’dik il-ħeġġa aktar milli kieku kull wieħed minnkom kellu jagħmlu għalih innifsu. Għax l-imħabba li fuqha nkiteb li xejn ma tfittex dak li hu tagħha, hekk għandna nifhmuha, li hija taħseb għal dak li huwa ta’ kulħadd qabel ma taħseb għal li huwa tagħha, mhux dak li huwa tagħha qabel ta’ kulħadd. U għalhekk, aktar ma tibżgħu għall-ġid ta’ kulħadd qabel il-ġid waħdieni tagħkom, aktar tintebhu kemm tkunu mexjin ‘il quddiem fil-ħajja tar-ruħ; ħalli b’hekk fil-ħwejjeġ kollha li bihom tinqdew għall-ħtiġijiet tagħkom li jgħaddu, tkun tidher ħafna l-imħabba li tibqa’ għal dejjem.

Minn dan jiġri illi jekk xi ħadd jagħti lil uliedu jew lil xi qraba oħrajn tagħhom li jkunu jinsabu fil-monasteru, xi libsa jew xi ħaġa oħra meħtieġa, xejn ma għandu jittieħed bil-moħbi, iżda kollox jitħalla f’idejn is-superjur ħalli jinżamm għal kulħadd u jingħata lil min ikun jenħtieġu.

Ħwejjiġkom jinħaslu jew minnkom jew mill-ħassiela kif jaħsibha s-superjur tagħkom, ħalli x-xewqa żejda tal-indafa fl-ilbies ma ttebbax il-qalb minn ġewwa.

Ukoll il-ħasil tal-ġisem, meta hu meħtieġ fil-mard, ma għandux ikun miċħud. Għandu jsir mingħajr tgergir fuq twissija tat-tabib, hekk li wkoll jekk il-marid ma jkunx irid, jekk jiġi mġiegħel mis-superjur ikollu jagħmel kull ma jkun meħtieġ għal saħħtu. Jekk imbagħad ikun irid meta tassew ma jkunx meħtieġ għalih, ix-xewqa tiegħu ma għandhiex tiġi maqtugħa. Għax xi drabi jiġri li dak li jkun ta’ hena għalina nistħajluh li jkun sejjer jiswielna ta’ ġid, imqar jekk jagħmlilna ħsara.

Fl-aħħarnett, jekk il-marid fil-ġisem ikun moħbi, u l-qaddej ta’ Alla jgħid li jkun muġugħ, għandu jiġi emmnut mingħajr tiġbid. Jekk imbagħad biex jitfejjaq dan l-uġigħ ikun meħtieġ jew le xi ħaġa li tnissel hena, fejn wieħed ma jkunx jaf sewwa, għandu jiġi mistoqsi t-tabib.

Lanqas ma għandkom tmorru għall-ħasil jew fejn ikun meħtieġ, inqas minn tnejn jew tlieta flimkien. Lanqas dak li jkollu għalfejn imur xi mkien, ma għandux jmur ma’ min jixtieq hu iżda ma’ dak li jibgħatlu miegħu s-superjur.

Il-ħarsien tal-morda, kemm ta’ dawk li jkunu għadhom kemm ħarġu minn xi marda, kif ukoll dak li ma jkunux f’saħħithom għal kollox, imqar jekk ma jkollhomx deni, għandu jitħalla f’idejn wieħed, biex jaħsbilhom u għal dak kollu li kull wieħed ikun jenħtieġ.

Dawk li jkunu mqabbdin biex jieħdu ħsieb il-ħwejjeġ tal-ħażna, jew l-ilbies, jew il-kotba, għandhom jaqdu bla tgergir lil ħuthom.

Il-kotba jintalbu kuljum fil-ħin li jmiss; min jitlobhom barra l-ħin ma jingħatawlux.

Iżda l-ilbies u ż-żraben għal dawk li jitolbuhom meta jkunu jenħtiġuhom, għandhom jingħataw bla dewmien minn min jieħu ħsiebhom.

Qisu li ma jkollkom l-ebda tilwim bejnietkom jew jekk ikollkom igħaddi malajr kemm jista’ jkun, ħalli l-għadab ma jinbidilx f’mibgħeda u minn tibna jsir travu li jagħmel ir-ruħ qattiela. Hekk taqraw: “Min jobgħod lil ħuh, huwa qattiel”.

Kull min iriegħex lil ħuh biċ-ċanfir jew bil-kliem aħrax jew bit-tagħjir ta’ xi ħtija, jiftakar li għandu minnufih isewwi l-ħsara li jkun għamel u dak li lilu tkun saret ir-regħxa għandu jaħfer bla tlaqliq. Dak imbagħad li jkunu riegħxu lil xulxin għandhom jaħfru n-nuqqasijiet ta’ xulxin u dan għandkom tagħmluh b’riżq it-talb tagħkom li, aktar ma jkun ta’ sikwit, aktar għandu jkun ta’ fejda. Hu tabilħaqq aħjar dak li, għad li jkun sikwit imġarrab li jagħdab, madankollu jgħaġġel jitlob maħfra lil min ikun riegħex, minn dak l-ieħor li ma jagħdabx malajr malajr, imma daqshekk ieħor idum biex jitlob maħfra. Dak imbagħad li qatt ma jkun irid jitlob maħfra, jew li ma jitlobhiex minn qalbu, għalxejn jibqa’ fil-monasteru, ukoll jekk ma jitkeċċiex. Għaldaqstant aħarbu l-kliem iebes u jekk dan jaħarbilkom minn fommkom, titnikkrux li tqiegħdu d-duwa sewwa sew fuq dak il-fomm li bih ikunu saru l-ġrieħi.

Meta mbagħad il-ħtieġa tad-dixxiplina ġġagħalkom tgħidu xi kelma iebsa meta tkunu qegħdin twiddbu fin-nuqqasijiet, ukoll jekk tħossu li tkunu xi ftit ħorox iżżejjed ma tkunux marbutin li titolbu maħfra lil dawk li huma taħtkom biex ma titfarrakx is-setgħa tat-tmexxija bil-ħarsien ta’ l-umiltà żejda. Iżda l-maħfra għandha tintalab lis-Sid ta’ kulħadd li jaf b’liema mħabba tħobbu lil dawk li tkunu widdibtu aktarx iżjed milli jkun imisskom. L-imħabba ta’ bejnietkom ma għandhiex tkun tal-ġisem, iżda tar-ruħ.

Oqgħodu għal dak li jgħidilkom is-superjur daqs li kieku kien missierkom u wisq iżjed isimgħu mill-presbiteru, li jieħu ħsiebkom ilkoll.

Huwa dmir l-aktar tas-superjur jara li timxu bir-reqqa fuq dak kollu li għidtilkom u li jħares biżżejjed biex jissewwa u jitrażżan dak li jinkiser u ma jibqax sejjer mar-riħ u fejn ma tlaħħaqx is-setgħa jew il-ħila tiegħu għandu jgħarraf b’kollox lill-presbiteru li għandu fuqkom setgħa aqwa.

Dak, imbagħad, li jiġi fuqkom, ma għandux igħodd ruħu b’hieni għax jaħkem fuqkom bis-setgħa tiegħu, iżda għax ikun qiegħed jaqdikom bl-imħabba. Min-naħa tagħkom għandkom tweġgħu lis-superjur imma dan quddiem Alla għandu jinżel bil-biża’ f’riġlejkom. Iwissi lil minn jonqos, jagħmel il-qalb lill-beżgħanin, igħin lid-dgħajfin, ifarraġ lill-beżgħanin, jistabar b’kulħadd. Iżomm bl-imħabba d-dixxiplina u jnissel il-biża’. Iżda għalkemm it-tnejn huma meħtieġa, madankollu għandu jfittex aktar li jnissel imħabba milli biża’, filwaqt li jiftakar li għad irid iwieġeb lil Alla għalikom.

Għalhekk aktar ma tisimgħu minnu aktar tkunu qegħdin turu ħniena mhux biss lejkom infuskom, iżda wkoll lejn dak li jinsab f’tiġrib tant kbir daqskemm hi għolja l-qagħda tiegħu fostkom.

Jalla l-Mulej igħinkom tħarsu dan kollu bir-reqqa bħala bnedmin li jħobbu s-sbuħija tar-ruħ u mimlija fwieħa ta’ Kristu, mhux bħala lsiera taħt il-liġi, iżda bħala wlied ħielsa fil-grazzja.

Biex imbagħad intom f’dan il-ktieb tkunu tistgħu f’mera u hekk ma tinsewx xi ħaġa u tħalluha għaddejja, għandu jinqralkom darba fil-ġimgħa. Jekk taraw li tkunu qegħdin tħarsu sewwa kull ma jinsab miktub fih, iżżu ħajr lil Alla li jqassam kull ġid. Jekk imbagħad xi ħadd minnkom jidhirlu li jkun naqas f’xi ħaġa għandu jisgħobbih għall-imgħoddi u jiftaħ għajnejh għal li ġej, filwaqt li jitlob maħfra għan-nuqqas tiegħu u li ma jidħolx aktar fit-tiġrib.

© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.