Istitut Agostinjan: Istudju u Riċerka

L-Istitut Agostinjan għall-Istudji u r-Riċerka twaqqaf b’digriet tal-Kunsill tal-Provinċja Agostinjana fl-20 ta’ Marzu 1983. L-Istitut twaqqaf bil-ħsieb illi tinżamm ħajja l-figura u t-tagħlim ta’ Santu Wistin bis-saħħa ta’ riċerka, korsijiet u tagħlim dwar il-ħajja, l-kitbiet u l-wirt ta’ Santu Wistin, kif ukoll dwar il-kultura agostinjana.

L-Istitut kien twaqqaf fil-kunvent tal-patrijiet ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Fl-1988 l-Istitut ġie trasferit għal sede iktar spazjuza u iktar aċċessibbli u ċentrali f’Dar San Ġużepp (Tal-Pietà).

Fis-sena 2000, l-Istitut kiseb għarfien internazzjonali bħala Ċentru ta’ riċerka u tagħlim fi ħdan l-Ordni Agostinjan. Ċentri oħrajn fl-Ewropa jinsabu f’Leuven (Belgju), Perugia (Italja), Palermo (Sqallija), Würzburg (Ġermanja), Vallodolid (fi Spanja) u Eindhoven (fl-Olanda).

Wieħed mill-għanijiet fundamentali ta’ dan l-Istitut huwa li jxerred it-tagħlim ta’ Santu Wistin u jagħmel magħrufa t-tradizzjoni Agostinjana. Ta’ kull sena, minn Settembru sa Diċembru, dan l-Istitut jorganizza kors għall-poplu li qiegħed dejjem aktar jiġbed ħafna nies. Kontribut ieħor għall-kultura kemm ċivili kif ukoll reliġjuża huma t-traduzzjonijiet li l-Provinċja Agostinjana Maltija qed tagħmel tal-opri ta’ Santu Wistin, kif ukoll studji speċjalizzati fuq dan id-duttur tal-Knisja.

---

ISTITUT AGOSTINJAN

Ċentru għall-Istudji u r-Riċerka Agostinjana u s-seminar Il-Belt ta' Alla

Direttur: Professur P. Salvinu Caruana OSA

indirizz postali: Telgħa ta' G'Manġia, Pieta', Malta.

jew: PO Box 61 Msida PO MSD 1000

Tel: 2124940 - 7929 4177 

email: This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.

 

Segr. Amm. Ms Antoinette Borg

7770 8700 - 9945-0099 - 2701-0827

This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.


Attivitajiet li jmiss - Istitut Agostinjan Istudji u Riċerka

iċċekkja drabi oħra għal attivitajiet oħrajn fil-futur
© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.