Mons. Luis Marin de San Martin OSA, innominat Prefett tad-Dekasteru tas-Servizz tal-Karità.
Il-Papa Ljun XIV għadu kif innomina lil ħuna Mons. Luis Marin de San Martin OSA bħala Elimosinier, jew aħjar, Prefett tad-Dekasteru għas-Servizz tal-Karità. Sa llum Mons Luis Marin kien iservi l-knisja bħala sottosegretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Qabel din il-ħatra, huwa serva bħala wieħed mill-Assitenti tal-Pirjol Ġenerali tal-Ordni Agostinjan u kien responsabbli mir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Ewropa, jiġifieri Malta, Italja u Spanja. F’dak l-uffiċċju huwa żar il-gżejjer tagħna diversi drabi. Mons. Luis Marin, twieled […]





