Aħbarijiet

Festa Ambjentali fil-Kulleġġ Santu Wistin

Bil-parteċipazzjoni entużjasta tal-istudenti, tal-għalliema u tal-ġenituri, il-Festa Ambjentali fil-Kulleġġ tagħna kienet aktar minn ġurnata ta’ ċelebrazzjoni — saret pass sinifikanti lejn futur aktar sostenibbli. Aħna kburin ħafna bid-dedikazzjoni murija minn kulmin kien involut, u nittamaw li din l-esperjenza tkompli tħeġġeġ lill-komunità tal-iskola tagħna biex tagħmel għażliet aktar rispettużi lejn l-ambjent fil-ħajja ta’ kuljum. Kulleġġ Santu Wistin

Festa Ambjentali fil-Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Platt Ross għal missjoni

B’attività sempliċi imma mimlija mħabba “Platt Ross għall-missjoni”, l-istudenti u l-edukaturi tal-Kulleġġ Santu Wistin ġabru is-somma sabiħa ta’ €1,750. B’donazzjoni żgħira, ftit ross abjad u ċiċri, ingħaqdu flimkien biex jagħtu s-sehem tagħhom għal ħidma fil-missjonijiet Agostinjani fil-Perù. Din is-somma se tkun t’għajnuna kbira f’din il-ħidma missjunarja li dan is-sajf se jagħmlu grupp ta’ żgħażagħ flimkien ma’ Fr Mario Abela OSA u Fr Terence Spiteri OSA fil-Perù. Il-fondi se jmorru għall-proġett

Platt Ross għal missjoni Kompli aqra »

Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Kappella u festa ta’ Santa Rita f’San Ġiljan

Nhar is-Sibt 31 ta’ Mejju, fil-Kappella ta’ Santa Rita San Ġiljan ġiet iċċelebrata l-festa tal-qaddisa li din is-sena qed niċċelebraw il-125 sena mill-kanonizzazzjoni tagħha. Fil-quddiesa preseduta mil-Provnċjal P. Leslie Gatt, ġie iċċelebrat ukoll il-25 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-istess kappella li kienet ġiet ikkonsagrata fis-sena tal-Ġublew il-kbir fis-sena 2000, mill-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca, dak iż-żmien arċisqof ta’ Malta. Wara l-quddiesa sar imbagħad mument soċjali għall-komunità li tiffrekwenta l-Kappella bil-parteċipazzjoni ta’ banda żgħira

Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Kappella u festa ta’ Santa Rita f’San Ġiljan Kompli aqra »

Festi li saru Għawdex f’għeluq il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ S. Rita 1900-2025

Il-festi Ġubilari ta’ Santa Rita F’Għawdex fetħu bil-Pellegrinaġġ li sar għall-Cascia fis-19 ta’ Marzu 2025 fejn dawk li pparteċipaw kellhom l-okkażjoni li jagħqdu l-Ġublew tat-Tama 2025 mal-Ġublew f’għeluq il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita 1900-2025. Fis-11 ta’ Mejju 2025, fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria, saret Akkademja Mużikali afdata f’idejn il-Fondazzjoni Santa Ċecilja, esegwita mill-Maestro Antoine Mercieca fejn ikkompona biċċiet mużikali oriġinali tiegħu, u saru wkoll diskorsi u poeżiji minn

Festi li saru Għawdex f’għeluq il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ S. Rita 1900-2025 Kompli aqra »

Il-Festa ta’ Santa Rita – Rabat

Nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju 2025, fil-Knisja tagħna ta’ San Mark, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita f’għeluq il-125 sena minn mindu Santa Rita ġiet iddikjarata qaddisa mill-Papa Ljun XIII fl-24 ta’ Mejju 1900. Din il-ġurnata tas-Sibt kienet immarkata bi tliet esperjenzi sbieħ ta’ talb u tifħir lil Alla għal kull ma għamel ma’ Santa Rita u li permezz tagħha għadu jagħmel ma’ kull min jersaq lejn din il-Qaddisa daqshekk

Il-Festa ta’ Santa Rita – Rabat Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta

Matul ix-xahar ta’ Mejju il-Familja Agostinjana, flimkien mal-knisja u mal-ħafna devoti ta’ Santa Rita, ċċelebrat il-festa liturġka tagħha. Din is-sena l-Provnċja Agostinjana Maltija ħasbet għal ċelebrazzjonijiet speċjali li permezz tagħhom iċċelebrat anke il-125 sena mill-kanonizzazzjoni tal-Qaddisa tal-Impossibbli li saret mill-Papa Ljun XIII fis-sena 1900. Iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta fetħu permezz tal-ewwel ħamis ta’ Santa Rita f’Jannar li għadda u laħqu l-qofol tagħhom permezz ta’ Pellegrinaġġ Nazzjonali

Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta Kompli aqra »

Xewqat Sbieħ fil-bidu tal-Ministeru Petrin tal-Papa Ljun XIV

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju, il-Papa Ljun XIV iċċelebra quddiesa fi Pjazza San Pietru b’ġesti u riti simboliċi li permezz tagħhom ingħata bidu uffiċjali għall-Ministeru Petrin li issa qed jassumi. Fost diversi aħwa Agostinjani kien hemm għaċ-ċelebrazzjoni anke l-Provinċjal P. Leslie Gatt f’isem l-aħwa Agostinjani Maltin. Taħt sema kaħlani, komunità kbira ta’ nsara minn madwar id-dinja flimkien ma’ diversi delegazzjonijiet ċivili minn diversi stati, nġabru u talbu  flimkien għall-Papa, għall-Knisja

Xewqat Sbieħ fil-bidu tal-Ministeru Petrin tal-Papa Ljun XIV Kompli aqra »

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Nikola f’Ħal Tarxien

Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju, il-Komunità Agostinjana f’Ħal Tarxien organizzat ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr  lil Alla f’għeluq il-50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja deddikata lil San Nikola ta’ Tolentino, li ġrat propju fl-10 ta’ Mejju 1975. Il-quddiesa preseduta mill-Provinċjal bdiet bl-inċensar tat-tnax il-salib li dak inhar tal-konsagrazzjoni kienu ġew midluka biż-żejt mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Aktar milli l-knisja tal-ġebel, il-komunità Agostinjana raddet ħajr lill-Mulej għal dawk ir-reliġjużi u l-lajċi li tul is-snin kienu

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Nikola f’Ħal Tarxien Kompli aqra »

Kardinal Agostinjan magħżul bħala l-Papa l-ġdid tal-Knisja Kattolika

Il-Provinċja Agostinjana Maltija tilqa’ bil-ferħ l-aħbar tal-għażla tal-Emm. T. il-kardinal Robert F. Prevost O.S.A. bħala isqof ta’ Ruma u Ragħaj tal-Knisja Universali, issa bl-isem ta’ Ljun XIV.  F’dan is-sentiment ningħaqdu mal-Ordni kollu ta’ Santu Wistin madwar id-dinja u mal-Knisja Universali u rroddu ħajr lill-Mulej li qed isejjaħ lil dan ħuna fil-ħajja reliġjuża Agostinjana, għal dan is-servizz kbir fil-Knisja. Fost il-Kardinali, il-Kardinal Robert F. Prevost huwa probabbli wieħed mill-aktar li qatt

Kardinal Agostinjan magħżul bħala l-Papa l-ġdid tal-Knisja Kattolika Kompli aqra »

Scroll to Top