SKOPRI GĦALIEX QED TGĦIX

Is-sejħa t’Alla għalik

Skopri min INT

Aħna Agostinjani
Nixtiequ nimxu miegħek il-mixja tal-ħajja bl-isfidi u l-mistoqsijiet li ġġib magħha.
Skopri min aħna… skopri s-sejħa li Alla għandu għalik

Musbieħ għal riġlejk

Do I have a vocation?

“God calls all the souls he has created to love him with their whole being, here and thereafter, which means that he calls all of them to holiness, to perfection, to a close following of him and obedience to his will. But he does not ask all souls to show their love by the same works, to climb to heaven by the same ladder, to achieve goodness in the same way. What sort

Read More »

Titħajjar tiġi warajja? – Ġesù

Relazzjoni ma’ Ġesù – Ġesù jitkellem magħna Il-Mulej li jitkellem fil-ħajja tagħna…b’mod normali mingħajr trombi: Jistedinna biex nimxu warajh: bil-persuni li niltaqgħu magħhom, bil-Bibbja li hija l-kelma tiegħu bit-talb personali tagħna bl-ewkaristija bis-sagramenti b’mod qawwi fis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni jitkellem bl-esperjenzi tagħna, jitkellem fil-ferħ tagħna, fit-tama, fil-ħolm, fil-qadi tagħna jitkellem fil-mumenti ta’ dlam, diffikultajiet, qtigħ ta’ qalb Nirriflettu: aħna kif nitkellmu miegĦu? Kemm nagħtu kas ta’ dawn il-mumenti li fihom jitkellem il-Mulej

Read More »

3. Enjoyment

3. Enjoyment – What do you like doing; not just for leisure or fun – but what kind of work and activities do you enjoy most? Which bring the best out of you and gives you satisfaction at the end of a hard day? How to Discover your vocation – Stephen Wang

Read More »

għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek

Għażiż Ġesù, għinni biex inxerred il-fwieħa tiegħek kull fejn immur. Fawwar il-qalb tiegħi bl-Ispirtu u l-Ħajja tiegħek. Idħol ġewwa fija u ħu kontroll tiegħi nnifsi kollni kemm jien, b’mod li l-ħajja tiegħi tkun tirrifletti lilek biss. Iddi minn ġo fija, kun ġo fija b’mod li kull persuna li niġi f’kuntatt magħha tħoss fija l-preżenza tiegħek. Ħalli jħarsu u jaraw mhux aktar lili, imma lilek biss! Ibqa’ miegħi, ħalli nsir niddi

Read More »

Vocation as a call to be the unique person you are made to be

Vocation as a call to be the unique person you are made to be – There is yet another level to ‘vocation’. Each saint is unique, and you are called to be holy not just in a general way, but in the particular way that God has made you to be. God created you as a unique individual, and calls you by a name that no-one else has been given.

Read More »

Għalliema

Saċerdoti

Missjunarji

Reliġjużi

Agostinjani

Skopri min AĦNA

Twaqqafna bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi komunitajiet ta’ eremiti fl-Italja u f’Malta ilna preżenti mis-seklu 14.

Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin.

Aħna naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji.

L-istejjer tagħna

Augustinian Heart Blog

Gospel

Wake up Call!

Qegħdin nibdew sena liturġika ġdida. Ġie Avvent ieħor. Dan l-Avvent jinkoraġġina biex immorru lura għal din il-ħerqa u tfixxija li qarbitna lejn Alla. Dan iż-żmien ġdid jagħmlilna l-mistoqsija: hemm xi ħaġa fija jew f’ħajti li huwa neċesarju bidu ġdid? Din hija wake-up call. Jista’ jkun li nqbadna fit-timetables tagħna u sirna inqas sensittivi għal dak li qiegħed jiġri madwarna? Forsi tant aħna busy li hemm bżonn ta’ ftit riflessjoni. Niftakru

Read More »
Gospel

Ġesù JIBQA’ PREŻENTI u JAĦDEM

Fuq naħa għandna FIRDA: Il-ktieb tal-Atti tal-Appostli jirrakkonta din il-ġrajja, il-firda aħħarija tal-Mulej Ġesù minn mad-dixxipli u minn din id-dinja. Fuq naħa oħra: MANDAT/MISSJONI L-evanġelju ta’ San Mattew jippreżentalna l-mandat li Ġesù ta lid-dixxipli: l-istedina biex imorru, jitilqu, sew f’arthom kif ukoll f’artijiet oħra, u jxandru lill-ġnus kollha il-messaġġ tiegħu tas-salvazzjoni.   “Morru” jew aħjar “ITILQU” jsiru l-kliem ċentrali tal-festa tal-lum: Ġesù jitlaq lejn il-Missier (Nikkontemplaw l-umanità tagħna, għall-ewwel darba

Read More »
Gospel

Intilfu u nstabu

Kemm ninkwetaw u nfittxu meta tintilef xi ħaġa u kemm iktar nifirħu u nikkalmaw meta nsibu dik il-ħaġa li nkunu tlifna. Għandna 3 parabboli. Jekk inħarsu ftit lejhom nindunaw li t-tlett parabboli għandhom l-istess format. Xi ħadd kellu xi ħaġa, imbagħad tilef waħda minnhom, imbagħad sab dik il-ħaġa l-mitlufa, u kollha jiddeskrivu l-ferħ li kellhom meta sabu dak li nfilef. 3 parabboli 99 + 1 = 100 9 + 1

Read More »
Gospel

la tibżax

La tibżax. Kemm hija ħaġa tajba li xi ħadd li jkun inkwetat jisma’ dan il-kliem mingħand Ġesù. Ġesù jaf li irridu nisimgħu dan il-kliem.  Illum fl-Evanġelju tissemma 3 darbiet. Ġesù li qed jagħmlilna kuraġġ fil-missjoni li għandna. Ġesù jaf li bħalma hu ħabbat wiċċu ma’ tant persekuzzjoni, hekk ukoll id-dixxipli u aħna fil-mixja tad-dixxipulat. Ġesù jurina li l-biża tagħna ma għandix tkun minn dawk li jistgħu jwassluna għall-mewt, imma min

Read More »
Gospel

Kemm tara ‘l bogħod?

Is-sejħa biex inkunu qaddisin San Pawl fi-tieni qari jħeġġiġna li kulħadd imsejjaħ għall-qdusija, kulħadd imsejjaħ biex jara naqra iktar, tħares fil-bogħod. M’hemmx dak u l-ieħor, kollha kemm aħna mistednin għal ħwejjeġ kbar, ħwejjeġ/esperjenzi li ma jħalluniex naraw biss il-kumditajiet tagħna. Mhux daqshekk biss! Is-‘sufan’ mhux tajjeb għalina l-insara. Is-sufan huma l-kumditajiet tiegħi, dawk l-affarijiet li jagħmluni safe, dawk il-persuni li magħhom inħossni komdu għax huma inqas minni, Il-profeta Iżaija iħeġġiġna

Read More »
Book

Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness

Water Is Thicker Than Blood, an Augustinian Theology of Marriage and Singleness, ktieb ta’ Jana Marguerite Bennett, ippublikat mill-Oxford University Press fl-2008.  Mit-titlu wieħed igħid – imma b’mod xjentifiku d-demm huma aktar oħxon mill-ilma, u allura għaliex dan it-titlu? Dan il-ktieb jikkunsidra kif id-djar, l-familji u l-ħajja domestika huma relatati mal-Knisja. F’teoloġiji bikrija kienet iktar iglorifikata l-ħajja monastika bħala triq aktar diretta għall-ġid sopranaturali, filwaqt li ħassieba kontemporanji jaraw li

Read More »

Mistoqsijiet Komuni

Ġejna mwaqqfa bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi eremiti fl-Italja u f’Malta aħna preżenti sa mis-seklu 14. Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin u naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji

F’Malta aħna preżenti f’6 komunitajiet: il-Belt Valletta, ir-Rabat, Ħal Tarxien, Tal-Pietà, Paceville u r-Rabat Għawdex.

Dawn huma t-tliet differenzi prinċipali bejn il-qassisin u l-patrijiet:

1. Fejn jgħixu

Il-qassisin iservu f’lokalità partikolari fid-djoċesi jew arċidjoċesi. Normalment, l-isqof jassenjahom f’parroċċa, fejn jgħixu b’mod indipendenti u jaħdmu mal-komunità tal-parroċċa. Kultant jgħixu ma’ saċerdoti oħra li jaqdu fil-parroċċa tagħhom, iżda kull wieħed jista’ jkollu l-proprjetà tiegħu.

Saċerdoti li huma f’ordni reliġjuża mhumiex assenjati għal djoċesi partikolari. Minflok, is-superjur tal-ordni (il-Pirjol Provinċjali) jgħid lis-saċerdot reliġjuż fejn se jgħix biex iwettaq il-ministeru tiegħu. Jista’ jkun f’belt differenti, jew saħansitra f’pajjiż differenti. Saċerdoti reliġjużi jgħixu flimkien f’komunità u jaqsmu kollox flimkien.

2. Il-missjoni tagħhom

Il-qassis huwa ġeneralment imsejjaħ biex jaqdi fil-parroċċa tiegħu, jiċċelebra l-quddiesa u jamministra s-sagramenti lill-parruċċani, fosthom il-magħmudija u r-rikonċiljazzjoni. Fl-istess ħin, imexxi l-parroċċa billi jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u finanzjarji. Barra minn hekk, il-qassis jaqdi l-bżonnijiet pastorali partikolari tal-parroċċa tiegħu, bħalma huma jżur il-morda u jakkumpanja spiritwalment lill-parruċċani.

Min-naħa l-oħra is-saċerdoti reliġjużi jistgħu jaħdmu f’varjetà wiesgħa ta’ ministeri inkluż parroċċa, fl-istess ħin huma wkoll jamministraw is-sagramenti u jiċċelebraw il-Quddiesa. Il-ħidma tagħhom tiddependi mill-kariżma tal-ordni reliġjuża tagħhom, li tirreferi għall-ispiritwalità u l-kariżma partikolari li għalih l-ordni twaqqaf. Il-ministeri jistgħu jinkludu t-tagħlim, il-ħidma mal-foqra, l-assistenza lill-anzjani, it-tmexxija ta’ ħajja kontemplattiva ta’ talb, u ħafna aktar.

3. Il-wegħdiet li jagħmlu

Is-saċerdoti kollha jagħmlu impenn importanti u uniku lejn il-Knisja meta jiddeċiedu li jidħlu fis-seminarju u meta jiġu ordnati. Imma hemm xi differenzi fit-tipi ta’ wegħdiet li jagħmlu l-qassisin, u meta jagħmluhom. Il-qassisin jagħmlu tliet wegħdiet lill-isqof fl-ordinazzjoni tagħhom:

  • Jitlob kuljum il-Liturġija tas-Sigħat
  • Li jobdi lill-isqof
  • Li jgħix ħajja ta’ ċelibat

Saċerdoti reliġjużi jagħmlu wegħdiet solenni temporanji qabel l-ordinazzjoni tagħhom bħala parti mill-formazzjoni tagħhom.

Wara perjodu  ta’ snin, skond l-ordni, huma jagħmlu wegħdiet solenni finali. Dawn il-wegħdiet, huma meħuda minn aħwa reliġjużi, nisa, u rġiel. Dawn huma t-tliet kunsilli evanġeliċi:

  • Faqar
  • Kastità
  • Ubbidjenza

Is-saċerdoti Djoċesani u s-saċerdoti reliġjużi huma rigali mill-isbaħ li Kristu tana fil-Knisja tiegħu, u bil-modi separati iżda kumplimentari tagħhom, jgħinu lill-Knisja tiffjorixxi.

Illum nitolbu b’mod speċjali għall-vokazzjonijiet għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, u għall-vokazzjonijiet kollha għall-ħajja kkonsagrata.

Il-wegħdiet reliġjużi huma wegħdiet qaddisa. Huma jirriflettu stil tal-ħajja u impenn profond ta’ mħabba. Wara perjodu ta’ formazzjoni, il-membri ta’ komunitajiet reliġjużi rġiel u nisa, jistqarru pubblikament dawn il-wegħdiet ta’ faqar, kastità u ubbidjenza.

Il-wegħdiet reliġjużi jeħilsu bil-ferħ persuna biex tgħix għal Alla u permezz ta’ dik l-ewwel imħabba fis-sagrament tal-magħmudija taqdi lill-oħrajn bl-imħabba u tagħti xhieda tal-fedeltà, il-mogħdrija u l-kura ta’ Alla għal kulħadd.

Il-faqar hija l-wegħda li tistedinna ssejjaħna biex ngħixu fis-sempliċità. Aħna niddependu fuq il-ġenerożità tal-benefatturi tagħna u nimpenjaw ruħna li ngħixu f’komunità li tipprovdilna l-affarijiet materjali u finanzjarju tagħna. Il-vot tal-faqar huwa stedina biex nimxu wara Ġesù billi nħallu warajna l-ġid materjali minħabba s-Saltna tas-Smewwiet.

Il-kastità hija virtù personali – li tħobb lill-oħrajn b’mod xieraq bħala persuna ċelebi. Il-kastità hija stedina biex nirrinunzjaw iż-żwieġ u l-attività sesswali. Hija wkoll forma ta’ imħabba profonda ta’ sodisfazzjon kbir. Mhux kollox sagrifiċċju…. L-Agostinjani jieħdu sehem fl-imħabba intima u kasta tal-familja, il-ħbieb, u dawk li naqdu fil-ministeru.

L-ubbidjenza hija l-wegħda li nagħtu rispett lis-superjuri leġittimi tagħna. Is-superjur lokali tagħna jissejjaħ Pirjol, u għandu r-responsabbiltà għall-komunità lokali. Il-komunitajiet lokali huma organizzati fi Provinċji, immexxija minn Provinċjal. Il-Provinċjal iservi bħala l-Ordinarju, li jfisser li l-Provinċjal jieħu ħsieb jassenja fejn jgħixu u jaħdmu r-reliġjużi tal-provinċja.

Ir-Regola ta’ Santu Wistin tinkorpora l-prinċipji bażiċi tal-ispiritwalità Agostinjana tal-ħajja komunitarja reliġjuża. Din ir-Regola ta’ Santu Wistin inkitbet madwar is-sena 400.

  1. Dixxerniment
  2. Pre-novizzjat
  3. Novizzjat
  4. Voti Sempliċi
  5. Voti Solenni
  6. Ordinazzjoni djakonali
  7. Ordinazzjoni saċerdotali

Staqsi billi tidħol f’kuntatt magħna permezz ta’ din il-paġna, jew tkellem mad-direttur tal-vokazzjonijiet.

Tista’ ssibna wkoll fuq Facebook u Instagram.

Skopri min AĦNA u skopri min INT

Aħna noffru ukoll il-possibilità li żgħażagħ, jgħixu flimkien mal-komunità f’Tal-Pietà għal ftit jiem, fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-ħajja tagħna mibnija fuq l-esperjenza tal-ewwel Komunità Nisranija.

Matul dawn il-jiem, ikollhom iċ-ċans iduqu ftit mill-ħajja tagħna billi jaqsmu magħna t-talb, l-ewkaristija, l-ikel, il-ħidma, il-mument ta’ rikreazzjoni u partikolarment il-ħidma tagħna lejn ħutna fil-Knisja.

Fuq kollox aħna naqsmu flimkien is-sabiħ ta’ kull persuna bl-istorja partikolari billi niċċelebraw l-esperjenza u l-kwalitajiet ta’ kull wieħed minna.

Ejja nimxu flimkien.

Nixtiequ nisimgħu l-istorja tiegħek.

Jekk trid aħna lesti nakkumpanjawk u flimkien miegħek nibdew vjaġġ ta’ tiftix għas-sejħa u l-pjan sabiħ li Alla għandu għalik.

Imla din il-form t’hawn taħt u tkellem mad-direttur vokazzjonali tagħna.

"*" indicates required fields

Isem*
DD slash MM slash YYYY
This field is for validation purposes and should be left unchanged.

Scroll to Top