Ministeru maż-Żgħażagħ

Restless Hearts

X’inhu Restless Hearts? Restless Hearts hija mixja ta’ fidi għaż-żgħażagħ organizzata mill-Patrijiet Agostinjani flimkien mal-Augustinian Youths. Tikkonsisti f’10 laqgħat ta’ kull ġimgħa fejn ikollna ċ-ċans niltaqgħu ma’ oħrajn, naqsmu ikla flimkien, nitkellmu b’mod miftuħ u nesploraw mistoqsijiet aktar profondi dwar il-ħajja u l-fidi. Mhuwiex sempliċiment kors ieħor jew sensiela ta’ taħditiet. Hija opportunità biex infittxu, nistaqsu, nirriflettu u nimxu flimkien. Għal min hi din il-mixja? L-istedina hija miftuħa għal kull […]

Restless Hearts Kompli aqra »

Il-Vjaġġ Spiritwali Tiegħi lejn Santiago de Compostela

Il-Camino de Santiago huwa tradizzjoni antika ta’ pellegrinaġġ Kattoliku li tmur lura għas-seklu 9 wara Kristu. Matul is-sekli, il-popolarità tiegħu baqgħet qawwija, u eluf ta’ nies għadhom sal-lum jagħmlu dan il-pellegrinaġġ. Għal ħafna, il-Camino joffri opportunità biex għal ftit jitbiegħdu mill-esiġenzi tal-ħajja tal-lum u jfittxu l-paċi interjuri, mumenti ta’ riflessjoni spiritwali u rabta aktar profonda magħhom infushom u ma’ Alla. Għal ftit jiem, il-pellegrini jgħixu ħajja aktar sempliċi, jagħtu importanza

Il-Vjaġġ Spiritwali Tiegħi lejn Santiago de Compostela Kompli aqra »

Il-Patrijiet Agostinjani u l-grupp AMIGOS jagħmlu ħidma missjunarja fil-Kenya

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, grupp ta’ żgħażagħ Maltin (AMIGOS), akkumpanjati mill-patrijiet Agostinjani P. Mario Abela OSA u P. Terence Spiteri OSA, għexu esperjenza missjunarja fil-Kenja, fejn offrew il-ħin, it-talenti u l-enerġija tagħhom għas-servizz tal-familji foqra u tal-komunitajiet lokali. P. Mario Abela OSA flimkien mas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani ilhom joffru esperjenza missjunarja liln hinn minn xtutna għal dawn l-aħħar 32 sena f’pajjiżi bħal Brażil, Mozambique, Kenja u Iquitos (Perù). Għal P. Mario

Il-Patrijiet Agostinjani u l-grupp AMIGOS jagħmlu ħidma missjunarja fil-Kenya Kompli aqra »

Żgħażagħ għall-missjoni fil-Kenja

Matul ix-xahar ta’ Lulju, sitt żgħażagħ flimkien ma’ Fr Mario u Fr Terence ser jitilqu minn Malta lejn il-Kenja sabiex iwettqu esperjenza missjunarja mal-Patrijiet Agostinjani li jaħdmu hemmhekk. Din l-esperjenza ser tkun opportunità ta’ servizz, laqgħa u solidarjetà ma’ komunitajiet fil-bżonn. Tul dawn l-aħħar xhur, il-grupp ħa sehem f’diversi attivitajiet ta’ formazzjoni u fundraising bi preparazzjoni għal din il-missjoni. Fost l-attivitajiet organizzati kien hemm bejgħ ta’ Mince Pies u Kwareżimal,

Żgħażagħ għall-missjoni fil-Kenja Kompli aqra »

Preparazzjoni għall-Camino de Santiago

Hekk kif il-mixja tagħna lejn Santiago qed toqrob, ħafna minna bdejna nippreparaw b’modi differenti; nippruvaw tagħmir ġdid, nagħmlu mixjiet ta’ kuljum, u nippreparaw ruħna wkoll għall-aspett spiritwali tal-vjaġġ. Fl-istess ħin, vjaġġ ta’ 10 ijiem ifisser ġranet twal flimkien, mumenti ta’ għejja, u drabi fejn mhux dejjem inkunu fl-aqwa tagħna. Biex nifhmu aħjar kif jista’ jkun dan kollu, qattajna jumejn flimkien bħala grupp fl-1 u t-2 ta’ Mejju. Bdejna b’mixja ta’

Preparazzjoni għall-Camino de Santiago Kompli aqra »

Kwareżimal b’Qalb Missjunarja

Nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar, il-kċina tal-Kulleġġ Santu Wistin (fil-Kampus tal-Primarja) mtliet b’ħidma, impenn u rwejjaħ sbieħ hekk kif inħmew 1,200 kwareżimal b’risq il-ħidma missjunarja Agostinjana fil-Kenja, fl-Afrika. Din l-inizjattiva laqqgħet flimkien żgħażagħ, studenti u persuni li fil-passat għexu esperjenza missjunarja, kollha magħqudin minn xewqa waħda: li jaqdu u jappoġġjaw il-ħidma tas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani lil hinn minn xtutna. Kull kwareżimal jirrakkonta storja ta’ ġenerożità, fidi u solidarjetà — ġest żgħir

Kwareżimal b’Qalb Missjunarja Kompli aqra »

Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani

Żmien il-Milied hu wieħed li jiġborna lkoll flimkien, u fil-komunitajiet żgħażagħ tagħna mhux b’inqas. Apparti l-laqgħat normali ta’ kull ġimgħa li użawhom biex jirriflettu aktar fuq żmien l-Avvent, kien hemm bosta attivitajiet oħra relatati ma’ daż-żmien. It-Tnejn l-1 u t-Tlieta 2 ta’ Diċembru, grupp sabiħ mill-istudenti tal-Ħdax-il sena, qattgħu lejl flimkien bħala esperjenza ta’ ‘Come and See’ fejn jaraw u jgħixu flimkien mal-komunità tal-Patrijiet. Filgħaxija ngħaqdu mat-Tagaste Youths u ġew

Żmien il-Milied maż-Żgħażagħ Agostinjani Kompli aqra »

Ankrati fit-Tama – Live-in Tagaste Youths

Fl-aħħar weekend ta’ Settembru, il-grupp Tagaste Youths organizza live-in speċjali għal dawk iż-żgħażagħ li jagħmlu parti minnu. Il-live-in, li kien immexxi bit-tema “Ankrati fit-tama”, kien esperjenza ta’ fidi u ħbiberija fejn il-parteċipanti setgħu jieqfu mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum biex jirriflettu, jitgħallmu, u jsaħħu r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla u ma’ xulxin. Matul il-live-in, iż-żgħażagħ ħadu sehem f’diversi attivitajiet interattivi, mumenti ta’ talb u laqgħat ta’ riflessjoni li għenuhom jifhmu aktar kif

Ankrati fit-Tama – Live-in Tagaste Youths Kompli aqra »

L-esperjenza tal-Ġublew taż-żgħażagħ

L-esperjenza tal-Ġublew kien mument sabiħ ta’ fidi u tama għaż-żgħażagħ u għad-dinja kollha. Kien ukoll tfakkira sabiex ma naqtgħux qalbna u nibqgħu nittamaw fil-Mulej. Hawn taħt tistgħu taqraw uħud mill-esperjenzi taż-żgħażagħ li pparteċipaw: L-esperjenza tal-Ġublew taż-żgħażagħ kienet esperjenza qawwija ta’ Knisja, differenti minn dak li ngħixu matul is-sena? X’laqtek l-aktar f’din l-esperjenza? Yevgeny Spiteri Żgur li l-ġimgħa li għamilna Ruma kienet esperjenza li ma ninsew qatt, imma naħseb l-iktar affarjiet li

L-esperjenza tal-Ġublew taż-żgħażagħ Kompli aqra »

Il-Camino de Santiago flimkien mal-edukaturi tal-Kulleġġ Santu Wistin

“Mingħajr ir-rikonoxximent tal-vjaġġ tar-ruħ ġewwa fina, aħna mitlufa u biss parti minn dak li kellna nkunu.”Silta mill-ktieb The Camino: A Journey of the Spirit Flimkien ma’ kollegi oħra, immexxija minn Fr. Terence Spiteri, OSA, dħalna fi vjaġġ li sar ħafna aktar milli konna qed nistennew jew nimmaġinaw. Il-Camino tagħna beda b’kurżità, basket fuq daharna, żarbun tat-trekking, u rotta ta’ 119-il kilometru ppjanata, li twassalna minn Tui sa Santiago de Compostela,

Il-Camino de Santiago flimkien mal-edukaturi tal-Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Scroll to Top