Wara l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 li bħala aħwa Agostinjani għexna bejn Marzu u April li għadda, komplew id-diskussjonijiet dwar il-ħajja tagħna fil-Komunitajiet u l-ministeri li nwettqu f’diversi realtajiet. Iċ-ċirkustanzi qegħdin jitolbu li nkomplu mixja ta’ riflessjoni li twassal anke għal deċiżjonijiet.
F’dan l-ispirtu, ġie deċiż li l-Komunitajiet ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien u ta’ San Tumas minn Villanova f’Tal-Pietà jingħaqdu f’komunità waħda li ser tibda tgħix f’Tal-Pieta u sservi kemm il-Kulleġġ Santu Wistin u anke l-Knisja ta’ San Nikola f’Ħal Tarxien. Il-Provinċja ser tkompli tinvesti fil-missjoni edukattiva u għaldaqstant l-ispazji f’Ħal Tarxien ser ikunu qed jintużaw għal proġett ta’ estensjoni tal-Kulleġġ li ser inkunu qed naħdmu fuqu fis-snin li ġejjin. Ta min ifakkar li l-bini tagħna f”Ħal Tarxien snin ilu kien ġa jservi bħala spazji edukattivi kemm mid-donatur Dun Ġwann Mamo u anke wara mill-aħwa Agostinjani bil-Kulleġġ Santu Wistin qabel ma ġie trasferit f’Tal-Pietà. Mill-banda l-oħra l-Knisja f’Ħal Tarxien ser tibqa miftuħa u sservi l-komunità tal-madwar, anke jekk ser ikun hemm ridimensjonar tal-pastorali sagramentali li jsir fiha ta’ kuljum.
Id-deċiżjonijiet Post Kapitulari jinkludu anke numru ta’ responsabiltajiet ġodda u ċaqlieq ta’ reliġjużi li ser ikunu qed iservu f’komunitajiet jew realtajiet ġodda. Dawk kollha li huma qrib tagħna jifhmu li dan huwa proċess li ngħixu kull erba’ snin u huwa parti mill-għotja tagħna fil-ħajja konsagrata u s-servizz lill-Knisja fejn ikun meħtieġ. Dawn huma mumenti li jġibu magħhom anke diversi sentimenti u għaldaqstant napprezzaw il-viċinanza, s-sapport, u t-talb tagħkom.
Din li ġejja hija l-lista tal-formazzjoni tal-komunitajiet ġodda bir-responsabiltajiet tal-aħwa. Ma dawn hemm diversi responsabiltajiet oħra interni waqt li baqa ammont ta’ xogħol xi jsir fuq livell ta’ strutturi, u r-reviżjoni tal-membri tal-entitajiet u l-Fondazzjonijiet partikolarment fejn jidħlu lajċi li jgħinuna fl-oqsma rispettivi.
Kunvent Santu Wistin – Valletta
P. Leslie Gatt Provinċjal
P. Peter Paul Cachia Ekonomu
P. Joseph Zammit Sagrista, Viċi-Kappillan
P. Alex Cauchi Kappillan
P. Paul Muscat Rettur Kappella Sant Anton, Buskett
P. Mark Cauchi
(P. Ambroġ Delia – residenti d-Dar tal-Kleru)
Kunvent San Mark – Rabat
P. Pierre Desira Pirjol, Direttur tal-Istitut Agostinjan
P. Nazzareno Saliba Ekonomu
P. Luċjan Borg Sagrista
P. Raymond Francalanza Rettur Knisja San Martin, Baħrija
(P. Kostantin Borg – residenti Villa Messina)
Kunvent San Tumas ta’ Villanova – Pietà
P. Terence Spiteri Pirjol, Chaplain Kulleġġ
P. David Cortis Ekonomu, Rettur Kulleġġ
P. Mario Abela Sagrista
P. Franco Grech Rettur Knisja San Nikola minn Tolentino, Ħal Tarxien
Daniel Cardona (Pre-novizz)
Kunvent Omm tal-Parir it-Tajjeb – Paceville
P. Martin Micallef Pirjol, Sagrista
P. Alan Scerri Ekonomu, Rettur Kappella Santa Rita, San Ġiljan
P. Goeffrey Imujaro Barasa
P. Hilary Tagliaferro Direttur Millennium Chapel
Kunvent Santu Wistin – Rabat (Għawdex)
P. Rafel Abdilla Pirjol
P. Adeodato Schembri Ekonomu
P. Frans Calleja Sagrista
Ġenazzano – Italja
P. Josef Sciberras
