Rabat u Baħrija

Il-lajċi jitolbu għall-vokazzjonijiet Agostinjani

It-13 ta’ Novembru, jum it-twelid ta’ Santu Wistin u festa tal-qaddisin kollha agostinjani, huwa jum li fih kulħadd huwa mħeġġeġ biex jitlob għall-bżonnijiet tal-vokazzjonijiet agostinjani. Għal dan il-għan il-Kummissjoni Provinċjali tal-lajċi agostinjani, nhar il-Ħamis, 12 ta Novembru, organizzat laqgħa ta’ talb għal-lajċi minn diversi lokalitajiet u realtajiet fejn hemm preżenzi agostinjani. Din saret fil-Kappella Santa Rita, San Ġiljan. Fil-bidu ta’ din il-laqgħa, Fr. Terence Spiteri, promotur tal-vokazzjonijiet agostinjani, tkellem  dwar […]

Il-lajċi jitolbu għall-vokazzjonijiet Agostinjani Kompli aqra »

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn il-Ħadd 1 ta’ Novembru u l-Ħadd 8 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjoni sabiħa għat-tfal tal-lokal, preżentazzjoni tat-trabi u jiem oħra ta’ preparazzjoni. Il-Festa liturġika laħqet il-qofol tagħha nhar is-Sibt permezz ta’ quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt O.S.A. flimkien mal-Komunità Agostinjana tar-Rabat li sservi f’din il-Knisja.  Wara l-quddiesa ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Bi preparazzjoni għal din it-tifkira, il-Ħamis 5 ta’ Novembru fl-10.30am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. F’kelmtejn li qasam mal-aħwa il-Provinċjal irrifletta fuq il-mistoqsija li Ġesu jagħmel lil Marta wara l-mewt ta’ ħuha: “Temmnu inti dan?” Santu Wistin jinnota li Marta filfatt

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »

Iċċelebrati diversi festi fil-Kalendarju Agostinjan

Il-ġimgħat li għaddew ġabu magħhom diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Flimkien mal-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin fl-aħħar jiem ta’ Awwissu, fil-bidu ta’ Settembru, il-Kalendarju litturġiku Agostinjan jiċċelebra anke l-festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni bħala l-padruna tal-Ordni u l-festa ta’ San Nikola minn Tolentino bħala l-ewwel reliġjuż Agostinjan kanonizzat mill-knisja.  Dawn il-festi kienu ċċelebrati f’diversi knejjes Agostinjani fi ġranet differenti. Sadanitant f’Jum is-Solennita ta’ Santu Wistin l-aħwa Agostinjani ltaqgħu għal mument

Iċċelebrati diversi festi fil-Kalendarju Agostinjan Kompli aqra »

Deċiżjonijiet Wara l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026

Wara l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 li bħala aħwa Agostinjani għexna bejn Marzu u April li għadda, komplew id-diskussjonijiet dwar il-ħajja tagħna fil-Komunitajiet u l-ministeri li nwettqu f’diversi realtajiet. Iċ-ċirkustanzi qegħdin jitolbu li nkomplu mixja ta’ riflessjoni li twassal anke għal deċiżjonijiet. F’dan l-ispirtu, ġie deċiż li l-Komunitajiet ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien u ta’ San Tumas minn Villanova f’Tal-Pietà jingħaqdu f’komunità waħda li ser tibda tgħix f’Tal-Pieta u

Deċiżjonijiet Wara l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tal-Festa Devota ta’ Santa Rita

Ix-xahar ta’ Mejju, għalina l-Agostinjani u għal tant devoti f’Malta u madwar id-dinja huwa marbut mal-figura tar-reliġjuża Agostinjana, Santa Rita ta’ Cascia. Hija qaddisa tant popolari fost tant devoti li jiffrekwentaw il-knejjes kollha tagħna u partikolarment fil-Knisja tagħna tal-Belt Valletta u tar-Rabat Ghawdex li tul is-snin saru Ċentri Nazzjonali għad-devozzjoni lejn il-qaddisa. L-esperjenzi differenti li l-ħajja laqagħet magħhom lil Santa Rita, għamluha figura li tant tappella għal tant nies anke

Ċelebrazzjoni tal-Festa Devota ta’ Santa Rita Kompli aqra »

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat

Il-Ħadd 18 ta’ Jannar, fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bir-rit tat-tberik tal-annimali. Numru sabiħ ta’ nies bl-annimali tagħhom ħadu sehem fil-quddiesa, l-purċissjoni, u aktar tard iċ-ċerimonja ħelwa tat-tberik tradizzjonali tal-annimali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Quddiem il-purċissjoni imxew anke numru kbir ta’ Scouts u Girl Guides. Il-festa bdiet bil-quddiesa fil-Knisja preseduta mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. u wara ħarġet il-purċissjoni bil-istatwa tal-qaddis. Lura quddiem

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat Kompli aqra »

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 9 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru bosta ċelebrazzjonijiet, fosthom attivitajiet sbieħ għat-tfal tal-lokal li matulhom kien hemm parteċipazzjoni mill-isbaħ. Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt OSA, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal. Il-Ħadd 9 ta’ Novembru saret ukoll il-fiera tradizzjonali, avveniment

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Il-Lajċi Agostinjani jiċċelebraw il-Qaddisin kollha Agostinjani.

Nhar il-Ħamis 13 ta Novembru, il-lajċi li huma midħla tal-Agostinjani, flimkien mal-membri tal- Fraternità Agostinjana Sekulari, nġabru fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat biex jiċċelebraw il-festa tal-Qaddisin kollha Agostinjani. Waqt quddiesa mmexxija mill-Provinċjal P. Leslie Gatt osa, żewġ lajċi, Marcel Zammit Marmara u Maryanne Muscat għamlu l-wegħda lil Alla, biex ikunu membri fil-Fraternità Agostinjana Sekulari. Wara l- quddiesa l-Lajċi daħlu l-kunvent fejn kellhom mument soċjali flimkien. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet

Il-Lajċi Agostinjani jiċċelebraw il-Qaddisin kollha Agostinjani. Kompli aqra »

Scroll to Top