Rabat u Baħrija

Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni

Il-virus li f’dawn l-aħħar xhur ħoloq tant tensjoni u restrizzjonijiet fl-imġieba tagħna, dawn il-jiem laqat anke membru tal-Komunità tagħna l-patrijiet Agostinjni tar-Rabat. Konsegwenza ta’ hekk il-Knisja Konventwali ta’ San Mark tinsab magħluqa u l-patrijiet tal-komunita jinsabu fi kwarantina. Għalkemm żgur li  mhix esperjenza sabiħa, dawn il-jiem kienu anke mument fejn wieħed japprezza l-viċinanza ta’ tant persuni qrib tal-Komunita. Hekk kitbilna l-Pirjol tal-istess Komunita, P. Rafel Abdilla: “Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, hekk […]

Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni Kompli aqra »

Statwa ġdida fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija

Nhar il-Ħadd, 1 ta’ Novembru fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija ġiet inawgurata statwa ġdida ta’ Sidtna Marija Omma Alla. L-istatwa, kienet imbierka mir-Rettur Fr Raymond Francalanza O.S.A fil-quddiesa tad-9am.  Ix-xogħol huwa tal-artist żagħżugħ Chris Ebejer u filfatt hija l-mudell tal-istatwa artistika li tinsab fid-daħla tal-Isptar Mater Dei. L-Agostinjani, partikolarment il-Komunita tar-Rabat, ilhom iservu fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija għal kważi sitt snin.

Statwa ġdida fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Kunċert tal-Milied fil-Knisja San Mark fir-Rabat

Il-Kor St Paul Choral Society ipparteċipa f’kunċert tal-Milied fis-7 ta’ Diċembru fil-Knisja San Mark. Kien kunċert tassew sabiħ u li pparteċipaw diversi persuni. Kien hemm ukoll qari minn Santu Wistin. Wara kien servut mulled-wine u mince-pies fil-kjostru agostinjan. Din l-attività kienet organizzata mill-Augustinian Cloister Foundation bħala parti mill-laqgħat mal-kultura.

Kunċert tal-Milied fil-Knisja San Mark fir-Rabat Kompli aqra »

Scroll to Top