L-Aħwa Agostinjani jiltaqgħu għall-Festa ta' Santu Wistin

L-Erbgħa 28 t’Awwissu l-aħwa Agostinjani iltaqgħu filgħodu għal mument ta’ talb fil-Knisja Santu Wistin, fil-Belt Valletta u wara komplew jiċċelebraw il-festa ta’ Santu Wistin b’ikla fraterna fir-refettorju tal-istess kunvent. Kien mument informali u sabiħ li fih l-aħwa setgħu jiltaqgħu flimkien għall-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin!

Għal dan il-mument kien hemm ukoll il-Pirjol Ġenerali tal-Agostinjani Skalzi flimkien ma’ 2 reliġjużi oħrajn li jgħinu fit-tmexxija ta’ din l-ordni, student agostinjan mill-Congo li kien qiegħed Malta fix-xhur tas-sajf biex jistudja l-ingliż u djaknu djoċesan mill-Vietnam li ġie Malta għal ftit jiem biex jgħin fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.