9 ijiem mixi għal Santiago

Esperjenza differenti imma qawwija hija dik tal-Camino de Santiago. 5 żgħażagħ flimkien ma’ fr Terence Spiteri osa għamlu mixja mill-Portugal għal Spanja (200Km f’9 ijiem). Kull filgħodu kienu jibdew jimxu kmieni. Il-ġurnata kienet tibda b’mument ta’ talb u riflessjoni. Imxew madwar 20/30Km kuljum sakemm jaslu fir-raħal li jmiss li fih kienu ser jorqdu dak il-lejl biex l-għada jerġgħu jqumu u jkomplu l-mixja tagħhom. Staqsejna liż-żgħażagħ jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom u qalulna hekk:

L-esperjenza tal-Camino għallmitni ħafna ! Il-Camino ma kienx biss vjaġġ fiżiku iżda wkoll vjaġġ mentali, emozzjonali u spiritwali. Apparti li kbirt iktar fis-sens ta’ reżiljenza u determinazzjoni, kif ukoll li ngħix b’ta’ fuqi senduqi, il-Camino għinni wkoll napprezza iktar is-silenzju. Permezz tal-ħin ta’ skiet kull filgħodu bdejt nosserva iktar dak li kien għaddej madwari u wkoll ġewwa fija, filwaqt li fl-istess ħin sfidajt lili nnifsi biex ma nħallix it-teknoloġija jew it-to do lists f’moħħi jaljenawni. B’hekk bdejt anke nagħmel iktar ħin għal Alla. Is-sabiħ tal-Camino hu wkoll li jgħinek tafda iktar fl-oħrajn. Filfatt żgur li mingħajr is-sapport tal-membri l-oħra tal-grupp u wkoll ta’ pellegrini oħrajn, żgur li dan il-vjaġġ kien ikun ħafna iktar diffiċli. Issa li għadda l-Camino, dan kollu ser nibqa’ nġorru miegħi; forsi mhux f'basket fuq dahri bħal Camino iżda żgur ġo qalbi.

Franziska Grech

Up to the first 2 days of walking I was still getting cold feet. However, I changed my mind since I started noticing that we each have our own pace while walking, each of us faced and conquered different challenges (similar to our daily lives back home), and one needs to be humble and accept help or admit that his/her decision was not the most sensible. These are paramount life lessons which I will cherish!

In addition, during the Camino I enjoyed the 1 hour reflection time at the start of our walks as it helped me to appreciate the surroundings, pray, and be grateful for the family members and people present in my life! The mass held by fr Terence and the sharing time (mostly held in scenic spots) helped us all grew spiritually as well as personally.

Luke Sultana

Timxi, tieqaf, taprezza u tkompli. Dan kien il-Camino għalija. Mixi għal tul ta' ħin fejn ma' tistax tagħġġel jew taħrab mill-uġigħ li tkun qed tħoss jew aħjar taħrab mill-ħsibijiet li jiġuk. Saqajk jimxu wara il-vleġġeġ is-sofor, vleġġeġ li jtuk tama' li sejjer fit-triq it-tajba. Il-ħin kontemplattiv li għamilt waqt il-mixja kien ħin prezzjuz immens!

Maria Emma Buhagiar

L-esperjenza tal-Camino għinitni niskopri iktar lili nnifsi u kbirt fil-mixja tal-fidi tiegħi. Kien żmien perfett li matul il-mixja nkun lest li naċċetta bidla f’ħajti, li nkun iktar ta’ għajnuna u kuraġġ għal ħaddieħor u li f’ċertu mumenti nitfa lil ħaddiehor qabli. Din l-esperjenza kienet opportunità fejn sibt l-paċi interna, għax naf li jekk inkun naf lili nnifsi, ta’ madwari ser ikunu iktar hemm għalija. Ikolli nammetti ma kinitx mixja faċli għaliex tlajt ċertu għoqiedi u mistoqsijiet li ma kontx kapaċi nasal għalihom fil-ħajja ta’ kuljum pero f’din l-esperjenza kont kapaċi nħoll ċertu għoqiedi u nirrispondi Michele Portelli

L-esperjenza tiegħi tal-Cammino kienet riflessjoni tal-esperjenza tiegħi tal-ħajja - b'daħk u uġieħ, determinazzjoni u qtieh ta' qalb, sorpriżi kemm tajbin kif ukoll ħżiena. Imma fost dan kollu li żammna sejrin kienet it-tama li ħa naslu fid-destinazzjoni tagħna, minkejja li bdejna 'il fuq minn 200 kilometru 'l bogħod minnu! U allura, jekk il-Cammino tirrifletti l-ħajja tiegħi, mela x'inhi d-destinazzjoni li qed nimmira għaliha f'ħajti? X'iżommni għaddej fil-ħajja meta jkun hemm mumenti ta' mard u ta' uġieħ? Meta jkollok 6 siegħat mixi kuljum għal kważi ġimagħtejn sħaħ, naturali jiġuk dawn it-tip ta' mistoqsijiet.

Ir-risposta li bqajt niġi lura għaliha hi l-imħabba ta' Alla. Il-mira ta' ħajti hi li nikber iktar u iktar fil-konoxxenza ta' dik l-imħabba li ħalqitni. U bhal ma' kien hemm il-preżenza ta' Santiago tul il-mixja kollha, f'forom ta' vleġeġ sofor li jippuntaw fejn hi t-triq tal-Cammino, l-istess Alla wkoll f'dil-ħajja jagħtina l-grazzja li jippuntana u jiggwidana iktar lejH. Jinstema ħsieb sempliċi u ovvju forsi, imma fil-ħajja mgħaġġla ta' kuljum għalija faċli li ninsa dal-fatt. Min jaf kemm vleġeġ sofor li bagħtli l-Mulej injorajt f'ħajti għax iktar kont moħħi f'xi ħaġa oħra! Il-ħin nimxi fil-kwiet, maqtugħ minn dak il-ħafna ġenn li mlieli ħajti, għinni niftakar li jien mhux biss għal ġimagħtejn, imma għal ħajti kollha pellegrin miexi lejn, u gwidat, minn dik l-imħabba eterna li kienet tafna qabel ma sawritna fil-ġuf.

Matthew Pulis

--

Għal iktar informazzjoni fuq l-esperjenza tal-Camino de Santiago Sajf 2025 u attivitajiet oħrajn tistgħu tikkuntattjaw lil fr Terence Spiteri osa fuq This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it. jew tidħlu fil-facebook/instagram Augustinian Youths

* Augustinian Youths huwa grupp ta’ żgħażagħ minn 20 sena ‘il fuq li jiltaqa’ darba fil-ġimgħa biex flimkien bħala komunità nkomplu naqsmu l-mixja tal-ħajja tagħna fi spirtu Agostinjan permezz ta’ mumenti ta’ formazzjoni, talb, hikes, live-ins, mixjiet u esperjenzi ta’ volontarjat f’Malta u barra minn Malta.

 


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.