Inizjattivi Ġustizzja u Paċi
Matul is-snin saru diversi inizzjattivi rigward il-Ġustizzja u Paċi, fosthom Justice and Peace Club fil-Kulleġġ Santu Wistin.
Fis-sena Bi-Ċentinarja l-Provinċja impenjat ruħha konkretament f’żewġ proġetti bi sfond soċjali. L-ewwel wieħed hu l-ftuħ ta’ post fil-binja tal-Kunvent tar-Rabat (Malta) li kien offrut lill-persuni refuġjati jew persuni oħra fi bżonn. Minbarra li ‘noffru’ post, il-Provinċja hi impenjata li takkumpanja b’mod ħolistiku lil dawn il-persuni f’dak kollu li jkun hemm bżonn.
It-tieni inizjattiva bl-istess sfond hi somma - miġbura mill-postijiet kollu fejn ninsabu - li l-Provinċja ser toffri lill-Isptar Mater Dei biex biha jinxtara makkinarju li jgħin għas-saħħa tal-poplu Malti.