Skopri min INT
Aħna Agostinjani
Nixtiequ nimxu miegħek il-mixja tal-ħajja bl-isfidi u l-mistoqsijiet li ġġib magħha.
Skopri min aħna… skopri s-sejħa li Alla għandu għalik
Musbieħ għal riġlejk

1. Desire and attraction
You don’t need to over-analyse your life, looking for conclusive signs in every mood or event. This can become an obsession, and even a superstition, like reading the tea leaves or the horoscopes. When you stand back and take a look at the big picture, perhaps a pattern emerges, and you sense that you are being drawn in a particular direction. Usually, you don’t really need more signs, you just

Agħti l-pass!
Għandek paċenzja? Lesti tħalli l-qamħ u s-sikrana jitilgħu flimkien bħal bidwi fil-parabbola? Paċenzja Xi drabi bħal donnu naraw biss in-negattiv fina tant li ma jħallinix naraw it-tajjeb u l-pożittiv li hemm fina…naqtgħu qalbna. Jista’ jkun ukoll li nkunu rridu lil kulħadd perfett kif jaqbel lili u min mhux skont il-kriterji tiegħi nwarrbu, nneħħiħ minn ħajti. Għalfejn jiġrilna hekk? Għax ma naċċettawx li aħna lkoll dgħajfin, imma mhux biex naqtgħu qalbna

Where am I going?
My Lord God, I have no idea where I am going. I do not see the road ahead of me. I cannot know for certain where it will end. Nor do I really know myself, and the fact that I think I am following Your will does not mean that I am actually doing so. But I believe that the desire to please You does in fact please you. And I

Each vocation is a call to follow Christ
Each vocation is a call to follow Christ – The lifestyle and demands of each particular vocation are very different, but there are some common threads. Each vocation is a commitment to love in a certain way and to draw closer to others – whether that closeness is through marriage or service or prayer. Each vocation challenges us to live our faith more deeply and to follow Christ more closely.

3. Enjoyment
3. Enjoyment – What do you like doing; not just for leisure or fun – but what kind of work and activities do you enjoy most? Which bring the best out of you and gives you satisfaction at the end of a hard day? How to Discover your vocation – Stephen Wang

To be saints…
To be saints is not a privilege for the few, but a vocation for everyone. — Pope Francis (@Pontifex) November 21, 2013
Għalliema
Saċerdoti
Missjunarji
Reliġjużi
Agostinjani
Skopri min AĦNA
Twaqqafna bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi komunitajiet ta’ eremiti fl-Italja u f’Malta ilna preżenti mis-seklu 14.
Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin.
Aħna naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji.
L-istejjer tagħna
Augustinian Heart Blog

The City of God
Saint Augustine is often regarded as the most influential Christian thinker after Saint Paul, and City of God is his masterpiece, a cast synthesis of religious and secular knowledge. It began as a reply to the charge that Christian other worldliness was causing the decline of the Roman Empire. Augustine produced a wealth of evidence to prove that paganism bore within itself the seeds of its own destruction. Then he

“telqu lura … minn triq oħra”
F’dan il-Ħadd qegħdin niċċelebraw l-festa tal-Epifanija. F’din il-festa niċċelebraw dak li jgħidlina San Pawl li, ‘il-pagani huma msejħa biex ikollhom sehem mill-istess wirt … fi Kristu Ġesu’’; l-universalita’ tas-sejħa biex wieħed jimxi wara Kristu, u li Ġesu’ ġie biex jifdi lil kulħadd. “rajna l-kewkba tiegħu” – Bħalma nafu kien permezz ta’ kewkba li l-Maġi waslu għand Ġesu’. Probabilment dawn kienu xi nies studjużi jew tal-inqas familjari mall-istilel. Fil-ħajja tagħna aħna

Ġesù JIBQA’ PREŻENTI u JAĦDEM
Fuq naħa għandna FIRDA: Il-ktieb tal-Atti tal-Appostli jirrakkonta din il-ġrajja, il-firda aħħarija tal-Mulej Ġesù minn mad-dixxipli u minn din id-dinja. Fuq naħa oħra: MANDAT/MISSJONI L-evanġelju ta’ San Mattew jippreżentalna l-mandat li Ġesù ta lid-dixxipli: l-istedina biex imorru, jitilqu, sew f’arthom kif ukoll f’artijiet oħra, u jxandru lill-ġnus kollha il-messaġġ tiegħu tas-salvazzjoni. “Morru” jew aħjar “ITILQU” jsiru l-kliem ċentrali tal-festa tal-lum: Ġesù jitlaq lejn il-Missier (Nikkontemplaw l-umanità tagħna, għall-ewwel darba

L-imħabba tal-Mulej tħawwad lil kulħadd
L-imħabba ta’ Kristu li toħroġ mid-definitions tagħna/mill-kaxxi tagħna – Kristu ma jitkellimx “għax hekk suppost, għax dejjem hekk sar, għax hekk hemm miktub…” il-Mulej ma jitkellimx mir-riġidità tal-liġi imma mil-liġi tal-imħabba. L-imħabba tal-Mulej tħawwad lil kulħadd – minflok keċċa lil midinba, laqagħha u aċċettaha flimkien mal-ġesti li bdiet tagħmel, ma bediex jiddubita minnha. Aħna fil-ħajja tagħna kif qegħdin nakkumpanjaw lil dawn il-persuni li forsi qegħdin fid-dnub? Qegħdin niġġuddikawhom, nitkażaw bihom

Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja
Marija Omm il-Konsolazzjoni Kemm hu sabiħ il-wens fil-ħajja.Sabiħ għal kulħadd imma speċjalment għall-dawk li jħossuhom jew huma waħdihom.Min huwa waħdu u ma jsibx il-wens, is-solitudni tiegħu jew tagħha tkun itqal milli hi. U meta qed ngħid solitudni, mhux biss solitudni fiżika – tkun tgħix waħdek imma hemm diversi esperjenzi fil-ħajja tagħna l-bnedmin fejn inħossuna waħidna, inħossuna mitluqin mill-oħrajn, jekk mhux ukoll emarġinati mill-oħrajn, jiġifieri, ħaddieħor jpoġġina fil-ġenb. Għandna solitudni morali,
Mistoqsijiet Komuni
Ġejna mwaqqfa bħala Ordni Agostinjan fl-1244 meta l-Papa Innoċenz IV ġabar flimkien diversi eremiti fl-Italja u f’Malta aħna preżenti sa mis-seklu 14. Aħna nimxu fuq il-passi ta’ Kristu u Santu Wistin u naqdu lil Alla u l-poplu tiegħu f’diversi ministeri bħala saċerdoti, għalliema u missjunarji
F’Malta aħna preżenti f’6 komunitajiet: il-Belt Valletta, ir-Rabat, Ħal Tarxien, Tal-Pietà, Paceville u r-Rabat Għawdex.
Dawn huma t-tliet differenzi prinċipali bejn il-qassisin u l-patrijiet:
1. Fejn jgħixu
Il-qassisin iservu f’lokalità partikolari fid-djoċesi jew arċidjoċesi. Normalment, l-isqof jassenjahom f’parroċċa, fejn jgħixu b’mod indipendenti u jaħdmu mal-komunità tal-parroċċa. Kultant jgħixu ma’ saċerdoti oħra li jaqdu fil-parroċċa tagħhom, iżda kull wieħed jista’ jkollu l-proprjetà tiegħu.
Saċerdoti li huma f’ordni reliġjuża mhumiex assenjati għal djoċesi partikolari. Minflok, is-superjur tal-ordni (il-Pirjol Provinċjali) jgħid lis-saċerdot reliġjuż fejn se jgħix biex iwettaq il-ministeru tiegħu. Jista’ jkun f’belt differenti, jew saħansitra f’pajjiż differenti. Saċerdoti reliġjużi jgħixu flimkien f’komunità u jaqsmu kollox flimkien.
2. Il-missjoni tagħhom
Il-qassis huwa ġeneralment imsejjaħ biex jaqdi fil-parroċċa tiegħu, jiċċelebra l-quddiesa u jamministra s-sagramenti lill-parruċċani, fosthom il-magħmudija u r-rikonċiljazzjoni. Fl-istess ħin, imexxi l-parroċċa billi jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u finanzjarji. Barra minn hekk, il-qassis jaqdi l-bżonnijiet pastorali partikolari tal-parroċċa tiegħu, bħalma huma jżur il-morda u jakkumpanja spiritwalment lill-parruċċani.
Min-naħa l-oħra is-saċerdoti reliġjużi jistgħu jaħdmu f’varjetà wiesgħa ta’ ministeri inkluż parroċċa, fl-istess ħin huma wkoll jamministraw is-sagramenti u jiċċelebraw il-Quddiesa. Il-ħidma tagħhom tiddependi mill-kariżma tal-ordni reliġjuża tagħhom, li tirreferi għall-ispiritwalità u l-kariżma partikolari li għalih l-ordni twaqqaf. Il-ministeri jistgħu jinkludu t-tagħlim, il-ħidma mal-foqra, l-assistenza lill-anzjani, it-tmexxija ta’ ħajja kontemplattiva ta’ talb, u ħafna aktar.
3. Il-wegħdiet li jagħmlu
Is-saċerdoti kollha jagħmlu impenn importanti u uniku lejn il-Knisja meta jiddeċiedu li jidħlu fis-seminarju u meta jiġu ordnati. Imma hemm xi differenzi fit-tipi ta’ wegħdiet li jagħmlu l-qassisin, u meta jagħmluhom. Il-qassisin jagħmlu tliet wegħdiet lill-isqof fl-ordinazzjoni tagħhom:
- Jitlob kuljum il-Liturġija tas-Sigħat
- Li jobdi lill-isqof
- Li jgħix ħajja ta’ ċelibat
Saċerdoti reliġjużi jagħmlu wegħdiet solenni temporanji qabel l-ordinazzjoni tagħhom bħala parti mill-formazzjoni tagħhom.
Wara perjodu ta’ snin, skond l-ordni, huma jagħmlu wegħdiet solenni finali. Dawn il-wegħdiet, huma meħuda minn aħwa reliġjużi, nisa, u rġiel. Dawn huma t-tliet kunsilli evanġeliċi:
- Faqar
- Kastità
- Ubbidjenza
Is-saċerdoti Djoċesani u s-saċerdoti reliġjużi huma rigali mill-isbaħ li Kristu tana fil-Knisja tiegħu, u bil-modi separati iżda kumplimentari tagħhom, jgħinu lill-Knisja tiffjorixxi.
Illum nitolbu b’mod speċjali għall-vokazzjonijiet għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, u għall-vokazzjonijiet kollha għall-ħajja kkonsagrata.
Il-wegħdiet reliġjużi huma wegħdiet qaddisa. Huma jirriflettu stil tal-ħajja u impenn profond ta’ mħabba. Wara perjodu ta’ formazzjoni, il-membri ta’ komunitajiet reliġjużi rġiel u nisa, jistqarru pubblikament dawn il-wegħdiet ta’ faqar, kastità u ubbidjenza.
Il-wegħdiet reliġjużi jeħilsu bil-ferħ persuna biex tgħix għal Alla u permezz ta’ dik l-ewwel imħabba fis-sagrament tal-magħmudija taqdi lill-oħrajn bl-imħabba u tagħti xhieda tal-fedeltà, il-mogħdrija u l-kura ta’ Alla għal kulħadd.
Il-faqar hija l-wegħda li tistedinna ssejjaħna biex ngħixu fis-sempliċità. Aħna niddependu fuq il-ġenerożità tal-benefatturi tagħna u nimpenjaw ruħna li ngħixu f’komunità li tipprovdilna l-affarijiet materjali u finanzjarju tagħna. Il-vot tal-faqar huwa stedina biex nimxu wara Ġesù billi nħallu warajna l-ġid materjali minħabba s-Saltna tas-Smewwiet.
Il-kastità hija virtù personali – li tħobb lill-oħrajn b’mod xieraq bħala persuna ċelebi. Il-kastità hija stedina biex nirrinunzjaw iż-żwieġ u l-attività sesswali. Hija wkoll forma ta’ imħabba profonda ta’ sodisfazzjon kbir. Mhux kollox sagrifiċċju…. L-Agostinjani jieħdu sehem fl-imħabba intima u kasta tal-familja, il-ħbieb, u dawk li naqdu fil-ministeru.
L-ubbidjenza hija l-wegħda li nagħtu rispett lis-superjuri leġittimi tagħna. Is-superjur lokali tagħna jissejjaħ Pirjol, u għandu r-responsabbiltà għall-komunità lokali. Il-komunitajiet lokali huma organizzati fi Provinċji, immexxija minn Provinċjal. Il-Provinċjal iservi bħala l-Ordinarju, li jfisser li l-Provinċjal jieħu ħsieb jassenja fejn jgħixu u jaħdmu r-reliġjużi tal-provinċja.
Ir-Regola ta’ Santu Wistin tinkorpora l-prinċipji bażiċi tal-ispiritwalità Agostinjana tal-ħajja komunitarja reliġjuża. Din ir-Regola ta’ Santu Wistin inkitbet madwar is-sena 400.
- Dixxerniment
- Pre-novizzjat
- Novizzjat
- Voti Sempliċi
- Voti Solenni
- Ordinazzjoni djakonali
- Ordinazzjoni saċerdotali
Staqsi billi tidħol f’kuntatt magħna permezz ta’ din il-paġna, jew tkellem mad-direttur tal-vokazzjonijiet.
Skopri min AĦNA u skopri min INT
Aħna noffru ukoll il-possibilità li żgħażagħ, jgħixu flimkien mal-komunità f’Tal-Pietà għal ftit jiem, fejn ikunu jistgħu jaqsmu l-ħajja tagħna mibnija fuq l-esperjenza tal-ewwel Komunità Nisranija.
Matul dawn il-jiem, ikollhom iċ-ċans iduqu ftit mill-ħajja tagħna billi jaqsmu magħna t-talb, l-ewkaristija, l-ikel, il-ħidma, il-mument ta’ rikreazzjoni u partikolarment il-ħidma tagħna lejn ħutna fil-Knisja.
Fuq kollox aħna naqsmu flimkien is-sabiħ ta’ kull persuna bl-istorja partikolari billi niċċelebraw l-esperjenza u l-kwalitajiet ta’ kull wieħed minna.
Ejja nimxu flimkien.
Nixtiequ nisimgħu l-istorja tiegħek.
Jekk trid aħna lesti nakkumpanjawk u flimkien miegħek nibdew vjaġġ ta’ tiftix għas-sejħa u l-pjan sabiħ li Alla għandu għalik.
Imla din il-form t’hawn taħt u tkellem mad-direttur vokazzjonali tagħna.
"*" indicates required fields