Aġġornamenti

Il-Patrijiet Agostinjani u l-grupp AMIGOS jagħmlu ħidma missjunarja fil-Kenya

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, grupp ta’ żgħażagħ Maltin (AMIGOS), akkumpanjati mill-patrijiet Agostinjani P. Mario Abela OSA u P. Terence Spiteri OSA, għexu esperjenza missjunarja fil-Kenja, fejn offrew il-ħin, it-talenti u l-enerġija tagħhom għas-servizz tal-familji foqra u tal-komunitajiet lokali. P. Mario Abela OSA flimkien mas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani ilhom joffru esperjenza missjunarja liln hinn minn xtutna għal dawn l-aħħar 32 sena f’pajjiżi bħal Brażil, Mozambique, Kenja u Iquitos (Perù). Għal P. Mario

Kompli aqra »

Il-Missjoni li nwasslu lil Santu Wistin lill-Knisja

Kull sena l-festa ta’ Santu Wistin hija okkażjoni biex infakkru u niċċelebraw figura tant għal qalbna. Aktar minn hekk, hija opportunita biex inħarsu b’sentiment imġedded l-ispirtu u l-mixja mħeġġa tal-fidi li dan il-Qaddis – li aħna nqisuh bħala l-missier spiritwali tagħna – qasam mal-aħwa fil-Knisja. Fil-mixja tiegħu u fl-esperjenza qawwija li għex, insibu l-identità tagħna bħala mgħammdin u bħala Agostinjani. Dan huwa l-ispirtu li mhux biss jispirana biex inġeddu s-sejħa

Kompli aqra »

Deċiżjonijiet Wara l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026

Wara l-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026 li bħala aħwa Agostinjani għexna bejn Marzu u April li għadda, komplew id-diskussjonijiet dwar il-ħajja tagħna fil-Komunitajiet u l-ministeri li nwettqu f’diversi realtajiet. Iċ-ċirkustanzi qegħdin jitolbu li nkomplu mixja ta’ riflessjoni li twassal anke għal deċiżjonijiet. F’dan l-ispirtu, ġie deċiż li l-Komunitajiet ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien u ta’ San Tumas minn Villanova f’Tal-Pietà jingħaqdu f’komunità waħda li ser tibda tgħix f’Tal-Pieta u

Kompli aqra »

Laqgħa tal-Organizzazzjoni tal-Agostinjani fl-Ewropa

Bejn il-25 u d-29 ta’ Mejju, il-Pirjol Provinċjali, P. Leslie Gatt ħa sehem fil-laqgħa annwali tal-Organizzazzjoni tal-Agostinjani tal-Ewropa (OAE) li nżammet f’Gent fil-Belġju. Fil-laqgħa, is-superjuri Magguri taċ-Ċirkoskrizjonijiet Agostinjani tal-Ewropa jiltaqgħu biex jiddiskutu flimkien temi li jolqtu r-realtà tal-Ordni fl-Ewropa llum u l-possibilità ta’ aktar inizjattivi ta’ kollaborazzjoni. Fil-laqgħa ħa sehem ukoll l-Assistent Ġenerali P. Martin Davakan O.S.A. li huwa wieħed miż-żewġ Assistenti Ġenerali responsabbli miċ-ċirkoskrizzjonijiet tal-Ewropa. Fil-laqgħa li ttellgħet f’dawn

Kompli aqra »

Issieħeb fin-newsletter tagħna





Segwina online​

Cover for Augustinians Malta - Agostinjani
5,920
Augustinians Malta - Agostinjani

Augustinians Malta - Agostinjani

The Order of Hermits of Saint Augustine (Augustinians) is a religious order of brothers (many of whom are ordained priests) within the Catholic Church. The Order was founded in 1256 under the Rule of Saint Augustine.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons

Nixtiequ nistidnukom għall-quddiesa tal-ewwel jum tat-Tridu tal-festa titulari ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta, ddedikat għal-lajċi midħla tal-Agostinjani. Din ser tkun nhar l-Erbgħa, 16 ta' Settembru fis-7.15 p.m. Wara l-quddiesa ser ikun hemm bibita offruta mill-Parroċċa. Ser jiġi pprovdut it-trasport. Min hu interessat huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli. ... See MoreSee Less

Nixtiequ nistidnukom għall-quddiesa tal-ewwel jum tat-Tridu tal-festa titulari ta Santu Wistin fil-Belt Valletta, ddedikat għal-lajċi midħla tal-Agostinjani. Din ser tkun nhar l-Erbgħa, 16 ta Settembru fis-7.15 p.m. Wara l-quddiesa ser ikun hemm bibita offruta mill-Parroċċa. Ser jiġi pprovdut it-trasport.  Min hu interessat huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.
Load more

Ħinijiet tal-Quddies

Scroll to Top