Author name: Fr Terence Spiteri

Nibdew il-ħidma tagħna tax-xandir tal-Aħbar it-tajba bħal Ġesu’ minn pajjiżna stess

Ir-Raba’ Ħadd mtul is-Sena C Ġeremija 1:4-5.17-19; Salm 70; 1 Korintin 12:31-13:13; San Luqa 4:21-30 Aqra’: F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju: ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek. Dak kollu li smajna li ġara f’Kafarnahum agħmlu […]

Nibdew il-ħidma tagħna tax-xandir tal-Aħbar it-tajba bħal Ġesu’ minn pajjiżna stess Kompli aqra »

P. Mark Cauchi OSA – 75 sena ta’ Ħajja Reliġjuża Agostinjana

Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Jannar, ħabat il-75 anniversarju mill-ewwel Professjoni Reliġjuża ta’ P. Mark Cauchi fl-Ordni ta’ Santu Wistin. P. Mark, li llum għandu 93 sena, huwa membru tal-Komunità Agostinjana tal-Belt Valletta. P. Mark twieled Bormla fil-5 ta’ Lulju 1928 u wara l-edukazzjoni primarja f’Bormla stess kompla bl-edukazzjoni sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara. Fl-20 ta’ Jannar 1946 huwa ingħaqad mal-familja Agostinjana permezz tan-novizzjat fil-Kunvent ta’ Santu Wistin ir-Rabat Għawdex. Sena

P. Mark Cauchi OSA – 75 sena ta’ Ħajja Reliġjuża Agostinjana Kompli aqra »

Kif tgħallem il-katekiżmu lil min għadu jibda – ktieb ġdid

Il-Professur P. Salvinu Caruana, Agostinjan, Direttur tal-Istitut Agostinjan, għadu kemm qaleb għall-Malti wieħed mit-trattati ta’ S. Wistin (354-430) mill-iktar magħrufa fil-qasam tal-kateketika Nisranija, id-de catechizandis rudibus, jew Kif tgħallem il-katekiżmu lil min għadu jibda. Il-ktieb, Itterraq fit-Twemmin ma’ S. Wistin hu ta’ 200 faċċata. Fi kliem wieħed mill-iprem studjużi tal-kitbiet ta’ Wistin, l-Olandiż Joost van Neer, dwaru kiteb hekk: The result was this work, which can today still benefit all

Kif tgħallem il-katekiżmu lil min għadu jibda – ktieb ġdid Kompli aqra »

Laqgħa ta’ formazzjoni għall-aħwa Agostinjani

Nhar l-Erbgħa, 26 ta’ Jannar, saret laqgħa għall-aħwa Agostinjani li fiha ġew ippreżentati spunti mir-riżultat tal-kwestjonarju li kien imtela mir-reliġjużi fil-bidu tal-mixja lejn il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju li għandu jiġi ċċelebrat bejn Marzu u April li ġej. Il-laqgħa li saret fil-Kulleġġ tagħna f’Tal-Pieta bdiet bit-talba tal-għasar. Il-Pirjol Provinċjali, P. Leslie Gatt imbagħad ippreżenta diversi spunti li ħarġu mit-tweġibiet tal-aħwa u qasam anke xi ideat tiegħu dwaru. Huwa enfasizza l-fatt li l-kwestjonarju

Laqgħa ta’ formazzjoni għall-aħwa Agostinjani Kompli aqra »

Ħamisijiet ta’ devozzjoni bi preparazzjoni għall-festa ta’ Santa Rita

Fil-Knejjes kollha Agostinjani madwar Malta fil-Ħamisjiet li ġejjin jiġu ċċelebrati l-Ħamisjiet ta’ devozzjoni bi preparazzjoni għall-festa ta’ Santa Rita. Id-devozzjoni tal-15-il Ħamis tintrabat mal-fatt li Santa Rita ġarret ix-xewka ta’ Kristu fi xbinha għal ħmistax il-sena, wara li talbet biex taqsam miegħu it-tbatijiet li sofra għalina. Tul is-snin, tant nies irrikorrew għall-interċessjoni ta’ Santa Rita bis-slaleb u d-diffikultajiet tagħhom u talbuha ħerqana biex twassal it-talba tagħhom quddiem il-Mulej. Santa Rita

Ħamisijiet ta’ devozzjoni bi preparazzjoni għall-festa ta’ Santa Rita Kompli aqra »

Il-Festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati fir-Rabat

Il-Ħadd 16 ta’ Jannar, fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati. Għalkemm ir-restrizzjonijiet tal-pandemija ma ppermettewx li jsiru ċelebrazzjonijiet barra mill-Knisja, fi tmiem il-quddiesa, il-Pirjol Provinċjali Patri Leslie Gatt O.S.A. bierek l-annimali domestiċi li nġiebu fil-knisja stess. Din hija tradizzjoni antika ferm marbuta ma din il-festa fil-knisja Agostinjana ta’ San Mark ir-Rabat. Filfatt kienet drawwa li l-granmastru jibgħat il-bhejjem tiegħu biex jitbierku fil-festa ta’

Il-Festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati fir-Rabat Kompli aqra »

Il-kliem tiegħek, Mulej huwa spirtu u ħajja!

It-Tielet Ħadd mtul is-Sena C Neħemija 8:2-4a.5-6.8-10; Salm 18; 1 Korintin 12-12-30; San Luqa 1:1-4; 4:14-21 Aqra’: U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Iżaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, u d-dawl mill-ġdid

Il-kliem tiegħek, Mulej huwa spirtu u ħajja! Kompli aqra »

Żewġ basso riljievi ġodda fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija

Il-Ħadd 16 ta’ Jannar, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Ewkaristija flimkien mal-Komunità tal-Baħrija fil-Knisja ta’ San Martin. Mons Arċisqof inawgura u bierek żewġ basso riljievi ġodda li ġew installati fil-Knisja ftit tal-ġranet ilu. Il-basso riljievi, xogħol tal-artist bravu Jennings Falzon tpoġġew wieħed fuq kull naħa tal-perspettiva tal-altar, u jissimbolizzaw l-Ewkaristija u d-Djakonija. Dik tal-Ewkaristija fil-fatt tpoġġiet eżattament fuq id-daħla għall-kappella tas-sagrament. L-oħra, li tissimbolizza d-djakonija, tpoġġiet fuq il-bieb li

Żewġ basso riljievi ġodda fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Agħtina l-ilma tal-ħajja li taf tagħti inti biss, u li fina jinbidel “f’inbid”…

It-Tieni Ħadd matul is-Sena C Isaija 62:1-5; Salm 95; Korintin 12:4-11; San Ġwann 2:1-11 Aqra’: F’dak iż-żmien, sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: “Ma għandhomx inbid”. U Ġesù qalilha: “X’hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx”. Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: “Agħmlu kulma jgħidilkom hu”. Issa kien

Agħtina l-ilma tal-ħajja li taf tagħti inti biss, u li fina jinbidel “f’inbid”… Kompli aqra »

Agħmel li Ibnek Ġesu’ jkun l-għaxqa tagħna wkoll, it-teżor tagħna, l-għana ta’ qalbna…

Il-Magħmudija tal-Mulej Isaija 40:1-5, 9-11; Salm 103; Titu 2:11-14; 3:4-7; San Luqa 3:15-16, 21-22 Aqra’:  F’dak iż-żmien, il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar”. Ġara li, wara li tgħammed il-poplu

Agħmel li Ibnek Ġesu’ jkun l-għaxqa tagħna wkoll, it-teżor tagħna, l-għana ta’ qalbna… Kompli aqra »

Scroll to Top