L-imħabba vera tħares mhux lejn in-nuqqas ta’ dak li jkun, imma lejn il-ħtieġa ta’ dak li jkun.
Il-5 Ħadd tal-Għid Atti 14, 21-27; Salm 144; Apokalissi 21, 1-5a; San Ġwann 13, 31-33a, 34-35 Aqra’: Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom. Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk […]








