Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożita’ tiegħek, il-ħtieġa ta’ bidla radikali.
L-Ewwel Ħadd Tar-Randan Dewteronomju 26:4-10; Salm 90; Rumani 10:8-13; San Luqa 4:1-13 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”. […]









