Hu biss bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li nistgħu nħobbu u naqdu lil Ġesu’ b’mod li jixtieq hu.
Għid il-Ħamsin Atti 2, 1-11; Salm 103; Rumani 8:8:17; San Ġwann 14: 15-16.23b-26 Aqra’: “Meta wasal jum il-Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed…imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu, u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skont ma’ L-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu” Riflessjoni: F’din il-festa ta’ Għid il-Ħamsin, niċċelebraw l-għoti lilna tar-rigal tal-Irxoxt: L-Ispirtu s-Santu. B’hekk Ġesu zamm il-wegħda tiegħu li qatt ma kien ser iħalli d-dixxipli tiegħu waħedhom. Dan ir-rigal ingħata […]