Author name: Fr Terence Spiteri

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn it-Tnejn 3 ta’ Novembru u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjonijiet sbieh għat-tfal tal-lokal li fihom kien hemm partecipazzjoni sabiħa ħafna. Is-Sibt filgħaxija imbagħad ġiet iċċelebrata quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt, u wara ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li daret mat-toroq taċ-ċentru tar-raħal. L-għada l-Ħadd 10 ta’ Novembru imbagħad saret il-fiera tradizzjonali […]

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Dakinhar fl-10am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. Wara l-quddiesa l-aħwa mxew lejn l-oqbra tal-Provinċja u l-Provinċjal għamel talba u bierek l-istess oqbra. Dawn il-jiem il-Provinċjal għandu jgħamel anke żjara fuq l-oqbra  tal-aħwa fiċ-ċimiterju ta’ Għawdex.

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna Kompli aqra »

Safeguarding Policy ġdida għal Knisja f’Malta

F’attività li saret fil-5 ta’ Novembru fl-Imdina il-Knisja ppubblikat Safeguarding Policy ġdida għall-ħarsien tal-Minuri u l-persuni vulnerabbli. L-attivita kienet ppreseduta mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, u l-President tal-Konferenza għas-Superjuri Maġġuri li irrappreżenta lill-Provinċjali tad-diversi Kongregazzjonijiet Reliġjużi, li kienu preżenti wkoll.  Il‑policy il‑ġdida tistabbilixxi standards ta’ safeguarding li l‑entitajiet kollha tal‑Knisja huma mistennija jimxu magħhom. Permezz tal‑policy inħolqu strutturi li jindirizzaw l‑allegazzjonijiet li jsiru kemm fil‑konfront ta’ membri tal‑kleru kif ukoll

Safeguarding Policy ġdida għal Knisja f’Malta Kompli aqra »

Kunċert fil-Knisja ta’ San Mark fl-attività Rabat Sacrum

Il-Knisja u parti mil-Kunvent ta’ San Mark fir-Rabat kienu fost il-postijiet li wieħed seta jżur waqt l-attivita Rabat Sacrum li ġiet imtella nhar it-2 u t-3 ta’ Novembru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-Sibt, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ta’ San Mark ittella’ kunċert bl-orgni u l-vjolin minn Justine Pearson u Christabelle Scerri. Apparti l-kunċert wieħed seta’ jitpaxxa bil-Knisja mill-isbaħ ta’ San Mark, is-Sagristija u parti mill-kunvent fejn ġew esebiti xi paramenti

Kunċert fil-Knisja ta’ San Mark fl-attività Rabat Sacrum Kompli aqra »

Dehra Mġedda tal-Websajt www.agostinjani.org

Min żar il-websajt tal-Provinċja Agostinjana Maltija matul ix-xahar ta’ Ottubru seta jinnota li ingħatat dehra ġdida aktar attraenti u faċli biex tintuża. Matul l-aħħar sena filfatt saret ħafna ħidma biex il-websajt ittellgħet fuq sistema aktar aġġornata. Sadanittant, apparti l-ħafna materjal interessanti li diġa kien fiha, żdied ukoll ammont ta’ materjal ġdid. Id-dehra ġdida li ngħatat tagħmilha ħafna aktar faċli biex tintuża, u aktar attraenti fid-dehra. Il-websajt www.agostinjani.org toffri spazju virtwali

Dehra Mġedda tal-Websajt www.agostinjani.org Kompli aqra »

Scroll to Top