Author name: Fr Terence Spiteri

Ċelebrazzjonijiet Ġubilari tal-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia

Is-sena 2025 timmarka il-125 sena mil-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita mil-Papa Ljun XIII fis sena tal-Ġublew il-Kbir tal-1900. Fi ftit snin, Santa Rita kompliet issir waħda mill-aktar qaddisin popolari b’tant insara jirrikorru għall-interċessjoni tagħha quddiem Alla fil-każijiet l-aktar diffiċli. Il-fatt li għexet diversi stati differenti tal-ħajja u f’kull stat għarfet tkun sinjal ta’ tama bil-mod kif ġiebet ruħha, jagħmilha qaddisa tant qrib tad-devoti tagħha. Il-mod erojku li bih għexet il-ġrajjiet ta’ […]

Ċelebrazzjonijiet Ġubilari tal-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia Kompli aqra »

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej”

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej” Il-Provinċja Agostinjana Maltija qegħda toffri programm ġdid fuq ir-radju, “Kbir Int Mulej”, li jistieden lis-semmiegħa jagħmlu vjaġġ fil-għerf etern ta’ L-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin. Dan il-programm, immexxi minn Mr Marcel Zammit Marmara bill-kollaborazzjoni ta’ Fr Peter Paul Cachia OSA, Ms Maryann Muscat u Fr Franco Grech OSA, jixxandar fuq Radju Marija kull nhar ta’ Tlieta fl-4:00 PM, b’ripetizzjoni oħra nhar ta’ Ġimgħa

Programm Ġdid fuq Radju Marija: “Kbir Int Mulej” Kompli aqra »

AMIGOS Hike

The Segretarjat Missjonijiet Agostinjani – AMIGOS invites you to join us for a hike on Sunday, 26th January*, in aid of Iquitos – Perù 2025. We will meet at Żonqor Point, Marsascala (opposite “Pixxina”) at 9:00 AM and walk along the coast to Rinella, returning around 12:30 PM. If you’re interested please fill in the form below. *In case of bad weather, the hike will be rescheduled to a later

AMIGOS Hike Kompli aqra »

Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej

Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ P. Paul Formosa OSA li llum 26 ta’ Diċembru 2024, mar jiltaqa’ mal-Mulej li ħabb u qeda matul ħajtu. Dawn l-aħħar xhur huwa kien residenti fid-Dar tal-Kleru minhabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu. Bħala reliġjuż u saċerdot f’Malta, P. Paul serva għal diversi snin bħala Pirjol fil-kunvent ta’ Ħal-Tarxien, għalliem u Rettur tal-kulleġġ Santu Wistin,  u dawn l-aħħar snin membru tal-Komunità tar-Rabat filwaqt li

Ħuna P. Paul Formosa OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej Kompli aqra »

Mument ta’ riflessjoni fiż-żmien tal-Avvent

Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Diċembru, l-aħwa agostinjani ltaqgħu f’The Santa Rita Priory f’San Ġiljan għal mument ta’ talb fi żmien l-Avvent. Fr Kevin Schembri mexxa riflessjoni fuq dan iż-żmien ta’ preparazzjoni u stennija. Wara mument qasir ta’ waqfa, l-aħwa inġabru għal adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesu’ Sagramentat u l-Barka Sagramentali.

Mument ta’ riflessjoni fiż-żmien tal-Avvent Kompli aqra »

Kungress dwar ir-Regola ta’ Santu Wistin f’Ruma

Bejn it-18 u t-22 ta’ Novembru inżamm f’Ruma Kungress Internazzjonali dwar ir-regola ta’ Santu Wistin bit-titlu, “Sub Regula Augustini: Il-Laqgħa mal-Kultura fl-Orizzont tal-Belt ta’ Alla ta’ Santu Wistin”. Il-Kungress li nżamm fil-Pontificium Institutum Augustinianum fetaħ b’indirizz ta’ merħba mill-Pirjol Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin, P. Alejandro Moral Anton OSA , li enfasizza l-importanza tar-Regola ta’ Santu Wistin fil-ħajja u l-istorja tal-Ordni Agostinjan. Il-kungress kompla b’kelliema varji li taw preżentazzjonijiet interessanti

Kungress dwar ir-Regola ta’ Santu Wistin f’Ruma Kompli aqra »

Laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama (2025)

Nhar it-Tlieta 26 ta’ Novembru ser issir laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama mis-Sur Joe Farrugia, delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi. Din il-laqgħa ser tibda b’quddiesa fis-6pm fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino f’Ħal Tarxien. Wara kulħadd huwa mistieden li jieħu xi ħaġa tajba flimkien. Min għandu bżonn trasport huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.

Laqgħa fuq il-Ġublew tat-Tama (2025) Kompli aqra »

Scroll to Top