Laqgħa ta’ Talb għall-bżonnijiet tal-Vokazzjonijiet

Novembru huwa x-xahar li fih aħna l-Agostinjani niftakru iktar mis-soltu, fil-bżonn li nitolbu għall-vokazzjonijiet b’mod speċjali dawk agostinjani.

Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Novembru 2022 fis-6pm, il-Kummissjoni Provinċjali tal-Lajċi Agostinjani, flimkien mal-Fraternita’ Agostinjana Sekulari, jixtiequ ser jorganizzaw laqgħa ta’ talb għall-vokazzjonijiet fil-Kappella Santa Rita San Ġiljan. Fr Terence Spiteri OSA, Promotur tal-vokazzjonijiet, ser jaqsam magħna riflessjoni Bibblika filwaqt li l-aħwa tal-Fraternita’ Sekulari ser imexxu t-talb.


© 2024 agostinjani.org. All Rights Reserved.