Aġġornamenti

Żgħażagħ għall-missjoni fil-Kenja

Matul ix-xahar ta’ Lulju, sitt żgħażagħ flimkien ma’ Fr Mario u Fr Terence ser jitilqu minn Malta lejn il-Kenja sabiex iwettqu esperjenza missjunarja mal-Patrijiet Agostinjani li jaħdmu hemmhekk. Din l-esperjenza ser tkun opportunità ta’ servizz, laqgħa u solidarjetà ma’ komunitajiet fil-bżonn. Tul dawn l-aħħar xhur, il-grupp ħa sehem f’diversi attivitajiet ta’ formazzjoni u fundraising bi preparazzjoni għal din il-missjoni. Fost l-attivitajiet organizzati kien hemm bejgħ ta’ Mince Pies u Kwareżimal,

Kompli aqra »

Preparazzjoni għall-Camino de Santiago

Hekk kif il-mixja tagħna lejn Santiago qed toqrob, ħafna minna bdejna nippreparaw b’modi differenti; nippruvaw tagħmir ġdid, nagħmlu mixjiet ta’ kuljum, u nippreparaw ruħna wkoll għall-aspett spiritwali tal-vjaġġ. Fl-istess ħin, vjaġġ ta’ 10 ijiem ifisser ġranet twal flimkien, mumenti ta’ għejja, u drabi fejn mhux dejjem inkunu fl-aqwa tagħna. Biex nifhmu aħjar kif jista’ jkun dan kollu, qattajna jumejn flimkien bħala grupp fl-1 u t-2 ta’ Mejju. Bdejna b’mixja ta’

Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tat-Tieni Parti tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju

Bejn it-13 u s-17 ta’ April, il-patrijiet Agostinjani Maltin inġabru għat-tieni parti tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju fid-The Santa Rita Priory, San Ġiljan. Is-sessjoni kienet preseduta mill-Vigarju Ġenerali, Fr Alexander Lam Alania O.S.A. L-ewwel parti tal-Kapitlu kienet ġiet iċċelebrata, bejn is-17 u t-18 ta’ Marzu. It-tieni parti tal-Kapitlu fetħet b’ċelebrazzjoni Ewkaristika b’sufraġju għall-erwieħ tal-patrijiet li mietu matul l-aħħar erba’ snin. Imbagħad, il-Pirjol Provinċjali ppreżenta Programm Viżjoni għas-snin li ġejjin. Id-dokument iffoka fuq

Kompli aqra »

Stqarrija ta’ Appoġġ għall-Papa Ljun XIV u favur il-Paċi

Il-Patrijiet Agostinjani Maltin, miġbura għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2026, jesprimu s-solidarjetà sħiħa tagħhom mal-Qdusija Tiegħu il-Papa Ljun XIV u l-appoġġ tagħhom għall-messaġġ ċar u qawwi tiegħu favur il-paċi. Dan qed isir fid-dawl tat-tħassib tagħna wara l-attakki riċenti indirizzati lejh u lejn il-ministeru tiegħu. Fl-istess ħin, nikkundannaw b’mod qawwi kull forma ta’ gwerra, vjolenza, u kull theddida għall-libertà u d-dinjità tal-persuna umana, speċjalment dawk li jolqtu l-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà. Il-Pirjol Provinċjali,

Kompli aqra »

Issieħeb fin-newsletter tagħna





Segwina online​

Cover for Augustinians Malta - Agostinjani
5,919
Augustinians Malta - Agostinjani

Augustinians Malta - Agostinjani

The Order of Hermits of Saint Augustine (Augustinians) is a religious order of brothers (many of whom are ordained priests) within the Catholic Church. The Order was founded in 1256 under the Rule of Saint Augustine.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons

Festa Familja Agostinjana 2026 illum saret fir- Rabat. Din kienet organizzata mill-Kummissjoni Provinċjali tal-lajċi Agostinjani. Bdejna b'quddiesa tal-festa ta’ Santa Rita immexxija mill-Pirjol P Raphael Abdilla. Ikkonċelebraw miegħu P Lucjan Borg, P Geoffrey Barassa u P Franco Grech. Wara l-quddiesa l-lajċi daħlu l-kunvent għall-kafe. Wara marru train ride madwar ir-Rabat. Imbaghad marru għal ikel f' restaurant viċin. Kienet ġurnata sabiħa kif il-lajci jgħixu l-ispirtu Agostinjan ta' qalb waħda u ruħ waħda f'Alla. ... See MoreSee Less

Festa Familja Agostinjana 2026 illum saret fir- Rabat. Din kienet organizzata mill-Kummissjoni Provinċjali tal-lajċi Agostinjani. Bdejna bquddiesa tal-festa ta’ Santa Rita immexxija mill-Pirjol P Raphael Abdilla. Ikkonċelebraw miegħu P Lucjan Borg, P Geoffrey Barassa u P Franco Grech. Wara l-quddiesa l-lajċi daħlu l-kunvent għall-kafe. Wara marru train ride madwar ir-Rabat. Imbaghad marru  għal ikel f restaurant viċin. Kienet ġurnata sabiħa kif il-lajci jgħixu l-ispirtu Agostinjan ta qalb waħda u ruħ waħda fAlla.Image attachmentImage attachment+1Image attachment
Load more

Ħinijiet tal-Quddies

Scroll to Top