Author name: Fr Terence Spiteri

Kungress Internazzjonali għal-Lajċi f’Ruma

Bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju 2024 ittella f’Ruma Kungress Internazzjonali għall-lajċi Agostinjani li fih qed jiltaqgħu rapprezentanti tal-lajċi Agostinjani miċ-Ċirkoskrizzjonijiet differenti tal-Ordni ta’ Santu Wistin minn madwar id-dinja. Malta qed tkun rappreżentata mid-delegat Provinċjali għall-lajċi, P. Franco Grech O.S.A., flimkien ma tliet membri tal-Kummissjoni Provinċjali għal-lajċi li huma wkoll attivi f’oqsma oħra tal-Provinċja Agostinjana f’Malta. Is-Sur Godfrey Scicluna huwa l-Koordinatur tal-Fraternita Agostinjana Sekulari flimkien ma martu Isabel li hija

Kungress Internazzjonali għal-Lajċi f’Ruma Kompli aqra »

Agostinjan maħtur Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, ħatar lill-P. Rocco Ronzani, Agostinjan, Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan. Fost responsabbiltajiet oħra, P. Rocco kien sa issa professur tal-Patroloġija Fundamentali fl-Istitut Pontifiċju Patristiku Augustinianum, f’Ruma. Huwa ser ikun qed jissostitwixxi lil Monsinjur Sergio Pagano, isqof titulari ta’ Celene, li sa llum għadu jservi wkoll bħala kunsillier tal-Kumitat Pontifiċju għax-Xjenzi Storiċi. Patri Rocco twieled Genazzano l-Italja, fil-21 ta’ Frar 1978. Huwa inagħqad mal-Ordni

Agostinjan maħtur Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan Kompli aqra »

Għeluq tal-Fażi Djoċesana tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

Fil-5 ta’ Lulju 2024, Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta ippresieda ċ-ċerimonja tal-Għeluq tal-fażi djoċesana għall-kawżi tal-beatifikazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Iċ-ċerimonja, li għaliha attendew diversi awtoritajiet ekkleżjastiċi u ċivili, membri tal-familja, u numru sabiħ ta’ fidili immarkat tragward sinifikanti fil-mixja lejn ir-rikonoxximent tal-qdusija tal-koppja Maltija. Il-ħajja eżemplari tagħhom ta’ fidi, karità, u servizz lill-komunità ħallew impatt dejjiemi fuq

Għeluq tal-Fażi Djoċesana tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani Kompli aqra »

Żgħażagħ iħallu Malta biex jiskopru iktar lilhom infushom u lil Alla

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien 20 żagħżugħ u żagħżugħa inġabru flimkien biex jitolbu lil Alla jkun magħhom fl-esperjenzi differenti li ser jagħmlu dan is-sajf barra minn Malta. Il-grupp Amigos għat-30 darba mmexxi minn fr Mario Abela ser ikun qiegħed iħalli Malta lejn il-Mozambique u jagħmel ħidma missjunarja mal-foqra. Matul dawn it-3 ġimgħat dan il-grupp ser ikun qiegħed jgħin fil-bini ta’ għerejjex li

Żgħażagħ iħallu Malta biex jiskopru iktar lilhom infushom u lil Alla Kompli aqra »

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar

Twieldet ġo Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Ġermanja) u ħasset il-vokazzjoni reliġjuża meta kienet għadha ċkejkna iżda missierha ma ridhiex. Qabel ma daħlet fil-monasteru kellha diġà ħafna grazzji t’Alla. Wara li ħafna komunitajiet ma riduhiex fl-aħħar fl-1802 daħlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg viċin Dülman. Il-ħajja tagħha tal-klawsura kienet iebsa ħafna u ġagħluha tifhem li hi ma kienetx ta’ l-istess kondizzjoni soċjali bħall-oħrajn u li daħħluha għaliex kienu

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar Kompli aqra »

Festa Familja Agostinjana Organizzata mill-Kummissjoni Provinċjali għall-Lajċi

Nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Provinċjali għal-Lajċi organiżżat il-Festa Familja Agostinjana li saret attività mistennija ta’ kull sena minn diversi lajċi qrib tal-komunitajiet Agostinjani. Fl-attività li ttellgħet f’Għawdex, ħadu sehem aktar minn mitt persuna li kienu ġejjin mill-komunitajiet u oqsma differenti tal-ħidma tal-Agostinjani f’Malta. Il-ġurnata fil-gżira Għawdxija bdiet b’dawra panoramika bil-ferrovija u ftit ħin liberu fil-Belt Victoria. F’nofsinhar il-grupp inġabar għall-ikel f’Marsalforn u wara l-ikel mar għal mument ta’

Festa Familja Agostinjana Organizzata mill-Kummissjoni Provinċjali għall-Lajċi Kompli aqra »

Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Agostinjani tal-Ewropa

Bejn is-16 u l-20 ta’ Ġunju, fl-Istudju Teoloġiku Agostinjan f’Valladolid fi Spanja, iltaqgħet l-Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Agostinjani tal-Ewropa. Malta kienet rappreżentata mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A.. Din il-laqgħa ġabet flimkien rappreżentanti tal-pajjiżi fejn jaħdmu l-aħwa Agostinjani, flimkien mal-Pirjol Ġenerali, il-Vigarju Ġenerali u l-Assistenti Ġenerali responsabbli miċ-ċirkoskrizzjonijiet Ewropej. F’dawn il-jiem l-assemblea ddiskutiet is-Sinodalità, l-attenzjoni għall-protezzjoni tal-minuri u l-persuni vulnerabbli, u l-formazzjoni tal-kandidati ġodda. Kull rappreżentant kellu l-opportunità jaqsam anke ftit spunti dwar

Assemblea tal-Organizzazzjoni tal-Agostinjani tal-Ewropa Kompli aqra »

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn l-10 u l-14 ta’ Ġunju grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għal ftit jiem ta’ rtir f’Dar il-Ħanin Sammaritan f’Santa Venera. Matul dawn il-jiem l-aħwa kellhom l-opportunità li jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb u riflessjoni akkumpanjati minn Fr Brendan Mark Gatt li anima dawn il-ġranet. Ir-riflessjonijiet ta’ Fr Brendan offrew spunti interessanti biex wieħed jirrifletti dwar is-sejħa tar-reliġjużi u l-mixja tagħhom fil-Knisja. Dawn il-jiem

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir Kompli aqra »

Scroll to Top