Author name: Fr Terence Spiteri

Amigos Hike

Il-Ħadd, 16 ta’ Marzu, għal darb’oħra l-grupp Amigos fi ħdan is-segretarjat missjonijiet Agostinjani għaqqad għoxrin persuna biex issir mixja ta’ madwar għaxar kilometru mal-kosta ta’ isfel ta’ Malta. Il-mixja bdiet b’talba minn fr Mario, fejn il-bajja ta’ San Tumas, Marsaskala, b’waqfa għal ftit kafè f’Tas-Silġ, u ntemmet lura minn fejn bdiet. Għal din l-okkażjoni inġabret donazzjoni mingħand min jattendi u anke mingħand qraba u ħbieb li jkunu jixtiequ jagħtu s-sehem […]

Amigos Hike Kompli aqra »

20 żagħżugħ u żagħżugħa isajjru iktar minn 700 kwareżimal għall-missjoni

Is-sibt 8 ta’ Marzu, 2025, grupp ta’ madwar għoxrin żagħżugħ u żagħżugħa ltaqgħu biex jagħmlu madwar 700 biċċa kwareżimal. L-ingredjenti tal-kwareżimal inġabru kollha bis-saħħa ta’ donazzjonijiet mingħand żgħażagħ oħrajn li jiffurmaw parti mill-gruppi Agostinjani, familjari, ħbieb u ħwienet li kollha xtaqu joffru sehem f’din l-inizjattiva. Il-proċess tal-kwareżimal ħa mhux inqas minn disa’ sigħat fejn iż-żgħażagħ ħadmu bla waqfien. Għal darb oħra din kienet inizjattiva mtellgħa mill-grupp Amigos fi ħdan is-segretarjat

20 żagħżugħ u żagħżugħa isajjru iktar minn 700 kwareżimal għall-missjoni Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal-lajċi

Il-Kummissjoni Provinċjali tal-Lajċi Agostinjani, ser torganizza Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal-lajċi midħla tal-Agostinjani, nhar it-Tnejn, 17 ta’ Marzu, 2025, fis-6.00pm.  Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Monasteru tas-Sorijiet Agostinjani tal-Klawsura, l-Belt Valletta. Ser ikun hemm diversi saċerdoti għall-Qrar. Min hu interessat huwa mitlub ikellem lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli. Ser jiġi provdut trasport.

Ċelebrazzjoni Penitenzjali għal-lajċi Kompli aqra »

AMIGOS Hike

The Segretarjat Missjonijiet Agostinjani – AMIGOS invites you to join us for a hike on Sunday, 16th March*, in aid of Iquitos – Perù 2025. We will meet at St Thomas Bay (opposite “Zion”) at 9:00 AM and walk along the coast to Munxar Point, Dellimara, Tas-Silġ, returning around 12:30 PM. If you’re interested please fill in the form below. *In case of bad weather, the hike will be rescheduled

AMIGOS Hike Kompli aqra »

125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia fir-Rabat Malta

Din is-sena 2025 timmarka l-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita. Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat se tiċċelebra l-Festa ta’ Santa Rita nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju 2025, il-Jum li fih Santa Rita saret Qaddisa, b’pellegrinaġġ fit-toroq ewlenin tar-Rabat. Dan il-pellegrinaġġ għandu joħroġ mill-Knisja ta’ San Mark fis-7pm. Diversi attivitajiet oħra ser isiru biex jitfakkar dan l-anniversarju. Fost dawn l-attivitajiet hemm ukoll bħalissa iż-żjara ta’ l-istatwa devota u r-Relikwa ta’ Santa Rita mill-Knisja

125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita ta’ Cascia fir-Rabat Malta Kompli aqra »

Inawgurazzjoni tal-Kappella tas-Sagrament fil-Knisja tal-Baħrija.

Nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2025, il-komunita’ tal-Baħrija, għexet mument sabiħ, meta fi tmiem il-quddiesa, ġiet inawgurata l-Kappella l-ġdida tas-Santissmu Sagrament fl-istess Knisja. Fr Ray, li jservi ta’ Rettur f’din il-komunita’ fisser li waqt minn naħa, dan il-mument huwa ġrajja ta’ storja, għax fl-aħħar wettaqna din il-ħolma li dejjem kellna li llesstu dan il-post qaddis; hu f’qalbu, sa minn meta bdejna naħdmu fuq l-ideja nfisha, minn dejjem raha bħala ġrajja

Inawgurazzjoni tal-Kappella tas-Sagrament fil-Knisja tal-Baħrija. Kompli aqra »

AMIGOS Ta’ Soldi Pasta Night

The Segretarjat Missjonijiet Agostinjani – AMIGOS invites you to join us for a fundraising Pasta Night at Ta’ Soldi Restaurant, Imġarr on Friday, 21st February, 8pm*, in aid of Iquitos – Perù 2025. If you’re interested please fill in the form below. Price: €20 adults, €10 Children (below 10yrs) *This includes some appetizers, Pasta Buffet (Spaghetti with Rabbit Sauce, Penne Bolognese, Penne Carbonara, Vegan option Pasta) and dessert. Drinks not

AMIGOS Ta’ Soldi Pasta Night Kompli aqra »

Mixja flimkien

Il-Ħadd 26 ta’ Jannar il-grupp Amigos ġabar grupp ta’ ħbieb biex flimkien jimxu mixja ta’ ftit iktar minn għaxar kilometri barra fin-natura ta’ pajjiżna. L-għan tal-mixja kien li nqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien u ngawdu t-temp sabiħ f’parti mill-kosta ta’ Malta. Madankollu, l-għan ewlieni ta’ din il-mixja mhuwiex biss dak fiżiku, iżda tajjeb nifhmu s-simboliżmu li ġġorr magħha. Bl-għajnuna t’Alla u ta’ xulxin, Amigos taw bidu għal mixja oħra missjunarja,

Mixja flimkien Kompli aqra »

Scroll to Top