Author name: Fr Terence Spiteri

“Made for More”: Live-in tal-Grupp taż-żgħażagħ Agostinjani

Bejn l-24 u s-26 ta’ Lulju ta’ din is-sena, il-grupp ta’ żgħażagħ Augustinian Youths organizza live-in partikolari li ġab it-tema bl-isem “Made For More!”. Sejjaħtlu partikolari għaliex dan il-live-in iffoka l-aktar fuq l-integrazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ li ħadmu ħafna sabiex tellgħu attivitajiet u sessjonijiet differenti kif xtaqu huma b’rabta ma’ din it-tema. Matul din l-esperjenza mill-isbaħ, li kulħadd qabel kemm spikkat iżjed minn esperjenzi simili oħra, ħassejna l-ħtieġa mhux biss […]

“Made for More”: Live-in tal-Grupp taż-żgħażagħ Agostinjani Kompli aqra »

Alla jagħtina teżor prezzjuż – l-għerf u d-dehen tiegħu – biex nagħmlu affarijiet kbar għall-ikbar glorja tiegħu!

Is-17 il-Ħadd matul is-Sena A Slaten 3:5.7-12; Salm 118; Rum 8:28-30; Mattew 13:44-52 Aqra’: Lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jiieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta’ Ibnu, ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa; lil dawk li ppredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, igglorifikahom ukoll. Irrifletti: Alla jagħtina teżor prezzjuż – l-għerf u d-dehen tiegħu – biex nagħmlu affarijiet kbar

Alla jagħtina teżor prezzjuż – l-għerf u d-dehen tiegħu – biex nagħmlu affarijiet kbar għall-ikbar glorja tiegħu! Kompli aqra »

Iddeċiedi li ma toqgħodx tinkwieta. Alla qiegħed qiegħed jieħu ħsieb Hu.

Is-16 il-Ħadd tas-Sena Liturġika A Għerf 12, 13.16-19; Salm 85; Rum 8, 26-27; Mt 13, 24-43 Aqra’: Alla tagħna huwa Alla ta’ ħniena, saħħa, ġustizzja, prudenza, u paċenzja. Fin-nuqqas ta’ ħila tagħna, l-Ispirtu ta’ Alla jidħol għalina bit-talb tiegħu. Ġesu’ jispjega il-perfezzjonijiet varji ta’ Alla permezz tal-parabboli tas-Saltna. Itlob: Ħa nħaddnu kemm it-tajjeb u kemm il-ħażin li hemm fina u anke fl-oħrajn. B’hekk inkunu nies li nġibu rikonċiljazzjoni magħna nfusna

Iddeċiedi li ma toqgħodx tinkwieta. Alla qiegħed qiegħed jieħu ħsieb Hu. Kompli aqra »

Il-parabboli ta’ Ġesu’ jagħmlu referenza għall-ħajja ordinarja ta’ kuljum, imma huma kumplessi biżżejjed li jqanqlu l-moħħ biex jirrifletti.

Il-15 il-Ħadd ta’ matul is-Sena A Isaija 55:10-11; Salm 64; Rum 8:18-23; San Mattew 13:1-23 Aqra’: Naraw lil Ġesu’ jibda jgħallem permezz tal-parabboli. B’dawn il-parabboli Huwa kien jħeġġeġ lid-dixxipli tiegħu biex jaħsbu fuq it-tifsira ta’ dawn il-parabboli, u l-applikazzjoni tagħhom għall-ħajja. Is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew tal-lum twieġeb għal xi difikultajiet li kienu qamu: Għaliex mhux kulħadd aċċetta s-Saltna ta’ Kristu? U għaliex wara li aċċettawha xi wħud ma komplewx

Il-parabboli ta’ Ġesu’ jagħmlu referenza għall-ħajja ordinarja ta’ kuljum, imma huma kumplessi biżżejjed li jqanqlu l-moħħ biex jirrifletti. Kompli aqra »

Kristu jistedinna immorru għandu meta nħossuna mħabbtin u mtaqqlin, u Hu jserraħna.

L-Erbatax il-Ħadd ta’ matul is-Sena Liturġika A Zakk 9, 9-10; Salm 144, Rum 8,9. 11-13;Mt 11, 25-30 Aqra’: Għandna verament għalxiex nifirħu. Alla huwa sultan li jrid il-paċi u mhux il-gwerra fin-nazzjonijiet. Kristu jistedinna immorru għandu meta nħossuna mħabbtin u mtaqqlin, u Huwa jserraħna.  Bil-ħidma ta’ l-Ispirtu fina, Alla jagħmilna tiegħu. Irrifletti: Dawk li għandhom l-Ispirtu ta’ Alla fihom jagħtu sehmhom fil-ħidma ta’ Alla fid-dinja. Jekk għandna l-Ispirtu ta’ Alla,

Kristu jistedinna immorru għandu meta nħossuna mħabbtin u mtaqqlin, u Hu jserraħna. Kompli aqra »

San Eżekjel Moreno – 19 t’Awwissu

Twieled fir-raħal t’Alfaro f’Navarra fi Spanja fl-1848. Bħal ħuh, Eżekjel ingħaqad mal-Familja Agostinjana tar-Rekolletti. Wara ftit ta’ żmien Moreno flimkien ma’ 17-il saċerdot oħrajn intbagħtu fil-Filippini fejn ġie ordnat saċerdot fl-1871. Fil-Filippini wettaq l-ewwel ħidma tiegħu pastorali bħala saċerdot Agostinjan, li damet madwar 15-il sena. Fl-1885 waqt il-kapitlu provinċjali (laqgħa li fiha l-provinċja tiltaqa’ biex tiddiskuti u tippjana l-ħidma tagħha għas-snin li jkunu ġejjin) Eżekjel Moreno sar Pirjol tal-kunvent f’Monteagudo

San Eżekjel Moreno – 19 t’Awwissu Kompli aqra »

Beata Ġużeppa tal-Purifikazzjoni – 22 ta’ Settembru

Fis-snin tletin tas-seklu XX, il-Knisja fi Spanja għaddiet minn martirju kbir, hekk kif l-awtoritajiet ċivili bdew persekuzzjoni sistematika li ġebbdet għal madwar tliet snin u li fiha mietu numru kbir ta’ insara: lajċi, reliġjużi, saċerdoti u isqfijiet. L-aħwa tal-Familja Agostinjana, f’din is-sitwazzjoni mwiegħra, wkoll taw xhieda qawwija tal-fidi tagħhom quddiem din il-persekuzzjoni ħarxa, magħmula minn ħuthom Spanjoli. Fit-22 ta’ Settembru l-kalendarju liturġiku Agostinjan ifakkar lill-Beata Ġużeppa Masiá. Twieldet fl-10 ta’

Beata Ġużeppa tal-Purifikazzjoni – 22 ta’ Settembru Kompli aqra »

San Ġwann Stone – 25 ta’ Ottubru

Ġwanni Stone kien reliġjuż li għażel li jibqa’ fuq il-blata ta’ Pietru, minkejja l-periklu reali fuq ħajtu. Ġwanni kien reliġjuż tal-Provinċja Agostinjana fl-Ingilterra. Għex fi żmien ta’ taqlib kbir, fejn għall-kattoliċi – wara l-abbandun tal-fidi kattolika mir-re Enriku VIII u t-twaqqif tal-knisja anglikana fl-1534 – ma kienx faċli iżżomm sħiħ fir-rabta tal-fidi mas-suċċessur ta’ Pietru. Iċ-ċirkustanzi kienu jitolbu kuraġġ u stamina sabiex l-insara kattoliċi, b’mod partikolari r-reliġjużi u s-saċerdoti, jibqgħu

San Ġwann Stone – 25 ta’ Ottubru Kompli aqra »

Beatu Andrea ta’ Montereale – 18 t’April

Twieled f’Mascioni (l-Aquila) minn familja twajba fl-1402 jew fl-1404 u ta’ 14-il sena daħal fil-monasteru ta’ l-Agostinjani ta’ Montereale. Fl-1431 kien student tat-teoloġija f’Rimini u fis-sena ta’ wara f’Padova u Ferrara u ħa l-gradi ta’ lettur u baċellerat. Fl-1438 ġie mibgħut fl-università ta’ Siena biex jistudja u jispjega l-kotba tas-sentenzi u wara sar għalliem tat-teoloġija. Fl-1453 sar provinċjal ta’ l-Umbria, kariga le reġa’ ħa fl-1471. Max-xogħol li kellu bħala superjur

Beatu Andrea ta’ Montereale – 18 t’April Kompli aqra »

Beatu Ġwanni Bono – 23 t’Ottubru

Il-ħajja ta’ Ġwanni Bono nafuha minn żewġ għejun prinċipali, il-bijografija li kiteb S. Antonino ta’ Firenze lejn nofs is-seklu XV, kif ukoll il-proċess tal-beatifikazzjoni (seklu XIII) fejn permezz ta’ numru kbir ta’ xhieda, nafu diversi dettalji dwar il-ħajja u l-ispiritwalità evanġelika li biha għex dan l-eremit tas-seklu XIII. Twieled fl-1168 f’Mantova, u ta’ tfajjel kien diġà orfni minn missieru. Sabiex jaqla’ l-għajxien, fi spirtu avventuruż, beda jdur mal-Italja kollha bħala

Beatu Ġwanni Bono – 23 t’Ottubru Kompli aqra »

Scroll to Top