Il-liturġija ta’ din il-festa tistedinna biex nirriflettu fuq il-proposti ta’ barkiet magħmulin minn Ġesu’
Il-Qaddisin kollha Apok 7, 2-4, 9-14; Salm 23; 1 Ġw 3. 1-3; Mt 5, 1-12a Aqra’: Id-diskors tal-muntanja. Il-bnedmin il-ħienja. Ġesu’ jiġbor fil-qosor il-messaġġ li ġie biex iwasslilna, u jxandar min huma dawk li huma hienja tabilħaqq. Il-ħajja tassew qaddisa tinsab filli wieħed igħix fl-ispirtu ta’ dan il-messaġġ. Itlob: Iktar minn muntanja vera, il-“muntanja” fil-Bibbja tirreferi għal spazju u ħin meta niddisponu ruħna biex niltaqgħu mal-Mulej, u naċċettaw il-Kelma tiegħu. […]









