Meta nħossuna qed naqtgħu qalbna, ħa ndawru l-ħarsa tagħna lejn il-wiċċ jiddi ta’ Ġesu’.
It-tieni Ħadd tar-Randan Sena B Ġenesi 22:1-2.9a. 10-13.15-18; Salm 115; Rumani 8:31b-34; San Mark 9:2-10 Aqra’: Ġesu’ ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom waħedihom fuq mintanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad jgħammex b’dija tal-għaġeb…Imbaghad ġiet sħaba u għattiehom, u min ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu”. Riflessjoni: Fis-silta tal-Evanġelju tal-lum tat-Trasfigurazzjoni, Ġesu’ qed juri s-sbuħija u l-glorja tiegħu biex […]









