Mulej għallimna narawk imsallab f’kull persuna mwarrba u mweġġa; imneżża mid-dinjita’ tagħha, emarġinata u mkissra.
Ħadd il-Palm: Bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa Isaija 50:4-7; Salm 21; Filippin 2:6-11; Mark 14:1 – 15:47 Aqra’: U wasslu lil Ġesu’ f’post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa. U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedtx jieħu minnu. Imbagħad sallbuh. Riflessjoni: Matul il-Ġimgħa Imqaddsa, aħna msejħin biex nikkontemplaw ix-xbieha ta’ Ġesu’ fuq is-Salib. Li tikkontempla s-salib ma jfissirx li inti qed tbaxxi rasek quddiem oġġett materjali. Lanqas ma jfisser […]









