“Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?” Ħa inqiegħdu t-tama tagħna fil-Mulej u fih nafdaw il-futur kollu tagħna.
Il-12-il Ħadd matul is-Sena Liturġika B Ġob 38,1.8-11; Salm 106; 2 Korintin 5,14-17; Mark 4, 35-41 Aqra’: U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”. Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! Biżżejjed!”. U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U […]









