“Ħu ħsieb ġismek daqs li kieku ser tibqa’ tgħix għal dejjem; u ħu ħsieb ruħek daqs li kieku ser tmut għada” S. Wistin
L-16-il Ħadd matul is-Sena Liturġika B Ġeremija 23:1-6; Salm 22; Efesin 2:13-18; Mark 6:30-34 Aqra’: F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies […]









