Author name: Fr Terence Spiteri

Dikjarazzjoni favur il-paċi fl-Ukrajna

L-aħwa Agostinjani Maltin miġbura waqt il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022, filwaqt li juru solidarjetà mal-poplu Ukren li f’dawn il-ġranet qed jiġi mġarrab b’attakki ħorox kontra l-ħajja u l-libertà tiegħu, jesprimu l-kundanna tagħhom għal kull forma ta’ gwerra u theddida kontra l-libertà u l-ħajja ta’ kull persuna, speċjalment ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Santu Wistin Missierna, jafferma li “il-paċi hija ġid tal-qalb li jinqasam mal-ħbieb, imma mhux bħalma wieħed jaqsam il-ħobż. Jekk […]

Dikjarazzjoni favur il-paċi fl-Ukrajna Kompli aqra »

Ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022 tal-Provinċja Agostinjana Maltija

Bejn il-15 u s-16 ta’ Marzu, il-Patrijiet Agostinjani Maltin iltaqgħu għall-Ewwel parti tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju li qed jiġi ċċelebrat f’The Santa Rita Priory, San Ġiljan. Lejlet il-ftuħ tal-Kapitlu ġiet organizzata Velja ta’ talb fil-Knisja San Nikola minn Tolentino, Ħal-Tarxien. Il-Kapitlu huwa laqgħa ġenerali li fiha r-reliġjużi jinġabru flimkien biex jiċċelebraw u jevalwaw il-ħajja tagħhom, waqt li jippjanaw il-programm tagħhom għall-erba’ snin li ġejjin. L-Agostinjani jagħtu s-servizz tagħhom lill-Knisja u lis-soċjetà f’diversi

Ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022 tal-Provinċja Agostinjana Maltija Kompli aqra »

Il-Mulej qed jerfagħlna qlubna ‘l fuq lejn id-destinazzjoni aħħarija tagħna

It-Tieni Ħadd tar-Randan Sena C Ġenesi 15:5-12.17-18; Salm 26; Filippin 3:17-4:1; San Luqa 9:28b-36 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li

Il-Mulej qed jerfagħlna qlubna ‘l fuq lejn id-destinazzjoni aħħarija tagħna Kompli aqra »

Stedina għal kulħadd – Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022

Il-Provinċja Agostinjana Maltija tistieden lill-dawk kollha li jixtiequ jinagħqdu magħha għal mument ta’ talb li ser isir lejlet il-ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022. Il-Kapitlu Provinċjali Ordinarju huwa mument li l-Provinċja tiċċelebra kull erba’ snin u joffri okkażjoni biex l-aħwa reliġjużi jiltaqgħu flimkien, jevalwaw ir-realta tal-ħajja u l-ħidma tagħhom u jippjanaw għal li ġej. Bi preparazzjoni għal dan il-mument ser jiġi organizzat mument ta’ talb li għalih huma mistiedna b’mod partikolari

Stedina għal kulħadd – Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali Ordinarju 2022 Kompli aqra »

Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożita’ tiegħek, il-ħtieġa ta’ bidla radikali.

L-Ewwel Ħadd Tar-Randan Dewteronomju 26:4-10; Salm 90; Rumani  10:8-13; San Luqa 4:1-13 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”.

Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożita’ tiegħek, il-ħtieġa ta’ bidla radikali. Kompli aqra »

Żgħażagħ u Dixxerniment Vokazzjonali – Kulleġġ Santu Wistin

Kull xahar, diversi gruppi ta’ studenti mis-sekondarja fil-kulleġġ tagħna jkollhom l-opportunità li jqattgħu ftit ħin mal-komunità tal-patrijiet f’Tal Pietà permezz ta’ platt għaġin jew pizza tajba, mument ta’ talb, laqgħa ta’ diskussjoni u ftit logħob fil-basement tal-kunvent li fih diversi logħob bħal billiard, table tennis, table soccer, board games, darts eċċ… Dawn il-laqgħat isiru kull xahar mic-chaplaincy tal-kulleġġ u mill-komunità tal-patrijiet fil-breaks tal-istudenti kif ukoll wara l-ħin tal-iskola. Apparti dawn

Żgħażagħ u Dixxerniment Vokazzjonali – Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Appell biex nitolbu għall-paċi fl-Ukrajna

F’messaġġ mill-Kurja Ġenerali tal-Ordni, P. Paul Graham OSA, Assistent tal-Pirjol Ġenerali u Koordinatur tal-Kummissjoni għall-Ġustizzja, Paċi u Integrità tal-Ħolqien, appella lill-Ordni kollu ta’ Santu Wistin biex “jitlob għall-Paċi f’dan il-mument diffiċli meta r-Russja ddeċidiet li tinvadi l-Ukrajna”. Fil-messaġġ tiegħu huwa rrefera għall-fatt li “l-konsegwenzi tal-gwerra huma imprevedibbli u ħadd ma jaf kif se tispiċċa din il-kriżi.” Fil-fatt jista’ jkollha “konsegwenzi katastrofiċi għad-dinja kollha u mhux għall-Ewropa biss.” Sadanittant il-Papa Franġisku

Appell biex nitolbu għall-paċi fl-Ukrajna Kompli aqra »

Il-mixja lejn Santiago

Il-grupp ta’ Malta Augustinian Youths bħalissa għaddej bi preparazzjonijiet biex jagħmel l-esperjenza tal-pellegrinaġġ Camino de Santiago fi Spanja matul il-vaganzi tas-sajf. Din l-esperjenza, magħrufa sempliċement bħala l-“Camino de Santiago”, tlaqqa’ pellegrini minn madwar id-dinja, li jimxu f’diversi rotot tal-pellegrini li jwasslu għall-qabar ta’ San Ġakbu (Santiago) f’Santiago de Compostela fil-Majistral ta’ Spanja. Dan jinvolvi l-mixi f’rotot differenti ta’ mill-anqas 100km f’forma ta’ irtir spiritwali, u għaldaqstant il-grupp Augustinian Youths qed

Il-mixja lejn Santiago Kompli aqra »

Ġesu’ ma qalilniex nitgħallmu minnu kif nagħmlu l-mirakli. Imma qalilna: “Tgħallmu minni għax jien ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt 11, 29)

It-Tmien Ħadd tas-Sena C Bin Sirak 27:5-8; Salm 91; 1 Korintin 15:54-58; San Luqa 6:39-45 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk: ‘Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek

Ġesu’ ma qalilniex nitgħallmu minnu kif nagħmlu l-mirakli. Imma qalilna: “Tgħallmu minni għax jien ta’ qalb ħelwa u umli” (Mt 11, 29) Kompli aqra »

Għinna naqduk dejjem b’qalb kbira.

Is-Seba’ Ħadd matul is-Sena C 1 Samwel 26:2.7-9.12-13.22-23; Salm 102; 1 Korintin 15:45-49; Luqa 6:27-38 Aqra’: F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u

Għinna naqduk dejjem b’qalb kbira. Kompli aqra »

Scroll to Top