Author name: Fr Terence Spiteri

Tagaste Youths f’Cascia flimkien ma’ żgħażagħ agostinjani oħrajn

Matul l-aħħar ġimgħa ta’ Lulju, il-grupp ta’ żgħażagħ Tagaste Youths ħadu sehem f’esperjenza differenti flimkien ma’ żgħażagħ oħrajn Taljani f’Cascia. Matul din il-ġimgħa Tagaste Youths ħadu sehem f’diversi attivitajiet bħal mixjiet, logħob, mument ta’ talb, diskussjonijiet, riflessjonijiet personali u mumenti oħrajn li fihom setgħu jsiru jafu żgħażagħ oħrajn li qegħdin fi gruppi agostinjani fl-Italja. Dawn huma ftit mill-esperjenzi ta’ dawn iż-żgħażagħ: Our recent trip to Cascia was truly unforgettable! We […]

Tagaste Youths f’Cascia flimkien ma’ żgħażagħ agostinjani oħrajn Kompli aqra »

L-esperjenza missjunarja fil-Możambik

Issa li l-esperjenza ntemmet u kulħadd qed jirritorna lura għar-rutina normali tiegħu nixtiequ nesprimu l-gratitudni tagħna għal dak kollu li għaddejna minnu fit-tlett ġimgħat f’Lulju fil-Mozambik flimkien mas-Sorijiet Agostinjani. Aħna u ġejjin lura, ilkoll konna ddispjaċuti li se nħallu tant nies u esperjenzi warajna, fl-istess ħin sodisfatti li ħidmietna ħalliet tama fil-ħajjiet ta’ dawn in-nies. Il-bini tal-Palhota, tiżbigħ f’partijiet differenti tal-iskejjel li huma mmexxija mis-sorijiet kif ukoll xi xogħol ieħor

L-esperjenza missjunarja fil-Możambik Kompli aqra »

Pellegrinaġġ Agostinjan fl-Italja

Il-Kummissjoni Provinċjali tal-Lajċi Agostinjani, taħt id-direzzjoni ta’ Patri Franco Grech 0SA, din is-sena rat il-ħolma u x-xewqa tagħha li jittella’ pellegrinaġġ Agostinjan, imma mhux biss, isiru realtà bl-għajnuna t’Alla. Dan sar bis-sehem tas-Sur Marcel Zammit Marmarà bħala tour leader u s-Sa Gwen Mousù li organizzat il-pellegrinaġġ. Bejn l-24 u l-31 ta’ Lulju 2024, 54 persuna ngħaqadna bħala familja waħda fuq dan il-pellegrinaġġ u fl-istess ħin tour. Minkejja s-sħana u l-mixi,

Pellegrinaġġ Agostinjan fl-Italja Kompli aqra »

Kungress Internazzjonali għal-Lajċi f’Ruma

Bejn l-10 u l-15 ta’ Lulju 2024 ittella f’Ruma Kungress Internazzjonali għall-lajċi Agostinjani li fih qed jiltaqgħu rapprezentanti tal-lajċi Agostinjani miċ-Ċirkoskrizzjonijiet differenti tal-Ordni ta’ Santu Wistin minn madwar id-dinja. Malta qed tkun rappreżentata mid-delegat Provinċjali għall-lajċi, P. Franco Grech O.S.A., flimkien ma tliet membri tal-Kummissjoni Provinċjali għal-lajċi li huma wkoll attivi f’oqsma oħra tal-Provinċja Agostinjana f’Malta. Is-Sur Godfrey Scicluna huwa l-Koordinatur tal-Fraternita Agostinjana Sekulari flimkien ma martu Isabel li hija

Kungress Internazzjonali għal-Lajċi f’Ruma Kompli aqra »

Agostinjan maħtur Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan

Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, ħatar lill-P. Rocco Ronzani, Agostinjan, Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan. Fost responsabbiltajiet oħra, P. Rocco kien sa issa professur tal-Patroloġija Fundamentali fl-Istitut Pontifiċju Patristiku Augustinianum, f’Ruma. Huwa ser ikun qed jissostitwixxi lil Monsinjur Sergio Pagano, isqof titulari ta’ Celene, li sa llum għadu jservi wkoll bħala kunsillier tal-Kumitat Pontifiċju għax-Xjenzi Storiċi. Patri Rocco twieled Genazzano l-Italja, fil-21 ta’ Frar 1978. Huwa inagħqad mal-Ordni

Agostinjan maħtur Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan Kompli aqra »

Għeluq tal-Fażi Djoċesana tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

Fil-5 ta’ Lulju 2024, Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta ippresieda ċ-ċerimonja tal-Għeluq tal-fażi djoċesana għall-kawżi tal-beatifikazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Iċ-ċerimonja, li għaliha attendew diversi awtoritajiet ekkleżjastiċi u ċivili, membri tal-familja, u numru sabiħ ta’ fidili immarkat tragward sinifikanti fil-mixja lejn ir-rikonoxximent tal-qdusija tal-koppja Maltija. Il-ħajja eżemplari tagħhom ta’ fidi, karità, u servizz lill-komunità ħallew impatt dejjiemi fuq

Għeluq tal-Fażi Djoċesana tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani Kompli aqra »

Żgħażagħ iħallu Malta biex jiskopru iktar lilhom infushom u lil Alla

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien 20 żagħżugħ u żagħżugħa inġabru flimkien biex jitolbu lil Alla jkun magħhom fl-esperjenzi differenti li ser jagħmlu dan is-sajf barra minn Malta. Il-grupp Amigos għat-30 darba mmexxi minn fr Mario Abela ser ikun qiegħed iħalli Malta lejn il-Mozambique u jagħmel ħidma missjunarja mal-foqra. Matul dawn it-3 ġimgħat dan il-grupp ser ikun qiegħed jgħin fil-bini ta’ għerejjex li

Żgħażagħ iħallu Malta biex jiskopru iktar lilhom infushom u lil Alla Kompli aqra »

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar

Twieldet ġo Flamshen bei Coesfeld (Westfalia, il-Ġermanja) u ħasset il-vokazzjoni reliġjuża meta kienet għadha ċkejkna iżda missierha ma ridhiex. Qabel ma daħlet fil-monasteru kellha diġà ħafna grazzji t’Alla. Wara li ħafna komunitajiet ma riduhiex fl-aħħar fl-1802 daħlet fil-monasteru tal-Kanonikessi Regolari ta’ Santu Wistin ta’ Agnetenberg viċin Dülman. Il-ħajja tagħha tal-klawsura kienet iebsa ħafna u ġagħluha tifhem li hi ma kienetx ta’ l-istess kondizzjoni soċjali bħall-oħrajn u li daħħluha għaliex kienu

Beata Anna Katerina Emmerick – 9 ta’ Frar Kompli aqra »

Scroll to Top