Nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, ħatar lill-P. Rocco Ronzani, Agostinjan, Prefett tal-Arkivji Appostoliċi tal-Vatikan. Fost responsabbiltajiet oħra, P. Rocco kien sa issa professur tal-Patroloġija Fundamentali fl-Istitut Pontifiċju Patristiku Augustinianum, f’Ruma. Huwa ser ikun qed jissostitwixxi lil Monsinjur Sergio Pagano, isqof titulari ta’ Celene, li sa llum għadu jservi wkoll bħala kunsillier tal-Kumitat Pontifiċju għax-Xjenzi Storiċi. Patri Rocco twieled Genazzano l-Italja, fil-21 ta’ Frar 1978. Huwa inagħqad mal-Ordni