Aġġornamenti

Niċċelebraw Kull Don: Ċerimonja ta’ Premjazzjoni għall-Istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja

Is-Sala kienet mimlija entużjażmu, applawsi u tbissim hekk kif il-komunità edukattiva inġabret biex jiċċelebraw il-kisbiet tal-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet ta’ din is-sena. Ma kinitx sempliċiment attività biex jitqassmu ċertifikati u premjijiet, iżda okkażjoni sinifikanti biex nagħrfu t-talenti uniċi, l-isforzi u t-tkabbir ta’ kull student fil-komunità. Mill-iżgħar studenti tal-Primarja sal-istudenti aktar maturi tas-Sekondarja, kull premju kien rifless ta’ dedikazzjoni, perseveranza u impenn. L-eċċellenza akkademika ġiet rikonoxxuta bla dubju,

Kompli aqra »

Kwareżimal b’Qalb Missjunarja

Nhar is-Sibt 31 ta’ Jannar, il-kċina tal-Kulleġġ Santu Wistin (fil-Kampus tal-Primarja) mtliet b’ħidma, impenn u rwejjaħ sbieħ hekk kif inħmew 1,200 kwareżimal b’risq il-ħidma missjunarja Agostinjana fil-Kenja, fl-Afrika. Din l-inizjattiva laqqgħet flimkien żgħażagħ, studenti u persuni li fil-passat għexu esperjenza missjunarja, kollha magħqudin minn xewqa waħda: li jaqdu u jappoġġjaw il-ħidma tas-Segretarjat Missjonijiet Agostinjani lil hinn minn xtutna. Kull kwareżimal jirrakkonta storja ta’ ġenerożità, fidi u solidarjetà — ġest żgħir

Kompli aqra »

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat

Il-Ħadd 18 ta’ Jannar, fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bir-rit tat-tberik tal-annimali. Numru sabiħ ta’ nies bl-annimali tagħhom ħadu sehem fil-quddiesa, l-purċissjoni, u aktar tard iċ-ċerimonja ħelwa tat-tberik tradizzjonali tal-annimali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Quddiem il-purċissjoni imxew anke numru kbir ta’ Scouts u Girl Guides. Il-festa bdiet bil-quddiesa fil-Knisja preseduta mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. u wara ħarġet il-purċissjoni bil-istatwa tal-qaddis. Lura quddiem

Kompli aqra »

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani

Il-Ħadd, 18 ta’ Jannar, diversi lajċi midħla tar-realtajiet Agostinjani ltaqgħu fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara għal attivita rikreattiva li issa saret parti mill-kalendarju annwali għal dan iż-żmien. Din kienet filfatt l-ewwel attivita għal din is-sena organizzata mill-Kummissjoni Lajċi Agostinjani fi ħdan il-Provinċja. Il-Laqgħa bdiet bil-wiri tal-film  A week away. Wara l-film kien hemm ukoll mument soċjali flimkien fejn ma naqsitx anke xi ħaġa tajba tal-ikel. Dawn l-attivitajiet li jsiru minn

Kompli aqra »

Issieħeb fin-newsletter tagħna





Segwina online​

Cover for Augustinians Malta - Agostinjani
5,869
Augustinians Malta - Agostinjani

Augustinians Malta - Agostinjani

The Order of Hermits of Saint Augustine (Augustinians) is a religious order of brothers (many of whom are ordained priests) within the Catholic Church. The Order was founded in 1256 under the Rule of Saint Augustine.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons

Attivitajiet Spiritwali fil-Kunvent u l-Knisja tagħna r-Rabat
Patrijiet Agostinjani - Knisja San Mark - Rabat
... See MoreSee Less

Attivitajiet Spiritwali fil-Kunvent u l-Knisja tagħna r-Rabat 
Patrijiet Agostinjani - Knisja San Mark - RabatImage attachment
Load more

Ħinijiet tal-Quddies

Scroll to Top