iżda nitolbok fejjaq u iftaħ il‑widnejn tiegħi.
Biex inkun nista’ nisma’ l‑leħen tiegħek.
Jekk titkellem, tkellem għax tħobb...
Minn dan l-għerq, ma tistax tikber jekk mhux l‑imħabba.
Għandha l-idejn biex tgħin lill-oħrajn,
għandha s-saqajn biex tħaffef lejn il-fqar u fil-bżonn.
Għandha l-għajnejn biex tara l-miżerja u l-bżonn.
Għandha l-widnejn biex tisma’ l-uġigħ u n-niket tan-nies.
Din hija l-imħabba.
bis-saħħa kollha tiegħi u f’isem il‑Mulej,
għandi ħbieb ukoll li aċċettaw li jsegwu l-istess ideal.
Qimu f’xulxin lil Alla li tiegħu sirtu għamara mqaddsa.
Aġġornamenti

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir
Bejn it-12 u s-16 ta’ Ottubru, grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għal ftit jiem ta’ rtir f’Dar il-Ħanin Sammaritan, f’Santa Venera. Dawn il-jiem offrew opportunita mill-isbaħ biex l-aħwa setgħu jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb, riflessjoni u qsim. L-aħwa kienu akkumpanjati minn Fr Kevin Schembri li offra żewġ mumenti ta’ riflessjoni kuljum. Ir-riflessjonijiet offrew mixja li titlaq mir-rikonoxxenza tal-preżenza ta’ Alla li ħabbna u sejħilna

Iċċelebrati diversi festi fil-Kalendarju Agostinjan
Il-ġimgħat li għaddew ġabu magħhom diversi festi fil-kalendarju Liturġiku Agostinjan. Flimkien mal-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin fl-aħħar jiem ta’ Awwissu, fil-bidu ta’ Settembru, il-Kalendarju litturġiku Agostinjan jiċċelebra anke l-festa tal-Madonna tal-Konsolazzjoni bħala l-padruna tal-Ordni u l-festa ta’ San Nikola minn Tolentino bħala l-ewwel reliġjuż Agostinjan kanonizzat mill-knisja. Dawn il-festi kienu ċċelebrati f’diversi knejjes Agostinjani fi ġranet differenti. Sadanitant f’Jum is-Solennita ta’ Santu Wistin l-aħwa Agostinjani ltaqgħu għal mument

Programm – Kors għal Kulħadd 2026-2027
Kull nhar ta’ Ġimgħa, fis-6pm, mit-23 t’Ottubru, 2026, f’The Santa Rita Priory, Triq Sqaq Lourdes, San Ġiljan.Parking provdut bla ħlas. Applika hawn jew għal iktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana fuq [email protected] Il-Korsijiet miftuħa għal kulħadd u jsiru bil-malti. Huma organizzati mill-Istitut Agostinjan tal-Provinċja Agostinjana Maltija. Għalkemm ir-reġistrazzjoni hi bla ħlas, kull donazzjoni tkun apprezzata.Il-parteċipanti jistgħu jattendu għal lezzjonijiet individwali mingħajr ma jirreġistraw għall-kors kollu. Ara l-kors hawn taħt:

Restless Hearts
X’inhu Restless Hearts? Restless Hearts hija mixja ta’ fidi għaż-żgħażagħ organizzata mill-Patrijiet Agostinjani flimkien mal-Augustinian Youths. Tikkonsisti f’10 laqgħat ta’ kull ġimgħa fejn ikollna ċ-ċans niltaqgħu ma’ oħrajn, naqsmu ikla flimkien, nitkellmu b’mod miftuħ u nesploraw mistoqsijiet aktar profondi dwar il-ħajja u l-fidi. Mhuwiex sempliċiment kors ieħor jew sensiela ta’ taħditiet. Hija opportunità biex infittxu, nistaqsu, nirriflettu u nimxu flimkien. Għal min hi din il-mixja? L-istedina hija miftuħa għal kull
Issieħeb fin-newsletter tagħna
Realtajiet
Komunità tal-Belt Valletta
Komunità tar-Rabat
Knisja tal-Baħrija
Komunità tal-Pietà
Komunità ta' Paceville
Komunità ta' Ħal Tarxien
Komunità tar-Rabat Għawdex

Kulleġġ Santu Wistin

Kampus tas-Sekondarja

Kampus tal-Primarja

Augustinian Youths
Tagaste Youths
Amigos
Millennium Chapel
Kunvent St Rita
Augustinian Institute Malta
Segwina online
Augustinians Malta - Agostinjani
(opens in a new tab)The Order of Hermits of Saint Augustine (Augustinians) is a religious order of brothers (many of whom are ordained priests) within the Catholic Church. The Order was founded in 1256 under the Rule of Saint Augustine.
Ħinijiet tal-Quddies
Parroċċa Santu Wistin – Valletta
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 6.00am 7.10am 9.30am 7.15pm |
| Is-Sibt | 6.00am 9.30am 7.15pm |
| Il-Ħadd | 7.30am 9.30am 10.45am 7.15pm |
Knisja San Nikola ta’ Tolentino – Ħal Tarxien
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 8.30am |
| Is-Sibt | 8.30am 6.30pm |
| Il-Ħadd | 8.30am 10.00am |
Knisja ta’ San Mark – Rabat
| Mit-Tnejn sas-Sibt | 6.00pm |
| Il-Ħadd | 10.00am |
Knisja San Martin ta’ Tours – Baħrija
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 6.00pm (Xitwa) 6.30pm (Sajf) |
| Is-Sibt | 5.30pm (Xitwa) 6.00pm (Sajf) |
| Il-Ħadd | 7.00am 9.00am |
Kappella ta’ Sant’ Antnin Abbati Palazz Verdala – Buskett
| Is-Sibt | 6.30pm |
Knisja tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb – Paceville
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 7.30am 6.30pm |
| Is-Sibt | 7.30am 6.30pm |
| Il-Ħadd | 7.30am 9.00am 11.30am (Ingliż) |
Kappella ta’ Santa Rita – San Ġiljan
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa | 8.30am |
| Is-Sibt | 7.00pm |
| Il-Ħadd | 10.00am |
Knisja ta’ Santu Wistin – Rabat Għawdex
| Mit-Tnejn sas-Sibt | 7.00am |
| Il-Ħadd | 7.00am |
