Aġġornamenti

Iċċelebrata l-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Bejn il-Ħadd 1 ta’ Novembru u l-Ħadd 8 ta’ Novembru fil-Knisja tal-Baħrija limiti tar-Rabat, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Martin. Matul il-ġimgħa saru diversi ċelebrazzjonijiet, fosthom ċelebrazzjoni sabiħa għat-tfal tal-lokal, preżentazzjoni tat-trabi u jiem oħra ta’ preparazzjoni. Il-Festa liturġika laħqet il-qofol tagħha nhar is-Sibt permezz ta’ quddiesa Solenni preseduta mil-Pirjol Provinċjali P. Leslie Gatt O.S.A. flimkien mal-Komunità Agostinjana tar-Rabat li sservi f’din il-Knisja.  Wara l-quddiesa ħarġet il-purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis li

Kompli aqra »

Tifkira tal-Aħwa Agostinjani li telqu qabilna

Fis-6 ta’ Novembru, il-Familja Agostinjana tiċċelebra t-tifkira tar-reliġjużi Agostinjani li għexu qabilna u li llum jistrieħu mal-Mulej. Bi preparazzjoni għal din it-tifkira, il-Ħamis 5 ta’ Novembru fl-10.30am, il-provinċjal flimkien ma diversi aħwa iċċelebra quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata li fiha fakkar l-aħwa mejtin. F’kelmtejn li qasam mal-aħwa il-Provinċjal irrifletta fuq il-mistoqsija li Ġesu jagħmel lil Marta wara l-mewt ta’ ħuha: “Temmnu inti dan?” Santu Wistin jinnota li Marta filfatt

Kompli aqra »

Il-Provinċjal jieħu sehem f’laqgħa internazzjonali tal-Ordni

Bejn il-Ħadd 26 u l-Erbgħa 29 ta’ Ottubru, il-Provinċjal, Patri Leslie Gatt O.S.A., ħa sehem fil-laqgħa tas-Superjuri Maġġuri taċ-Ċirkoskrizjonijiet tal-Ordni ta’ Santu Wistin li jitkellmu bil-lingwa Ingliża, li saret fl-Istati Uniti tal-Amerika. Għal din il-laqgħa nġabru superjuri maġġuri mill-Awstralja, l-Ingilterra, l-Indja, l-Irlanda, il-Ġappun, il-Korea, Malta, in-Niġerja, il-Filippini u l-Istati Uniti. Il-laqgħa saret f’Ojai, California, fil-Parroċċa u fil-kampus tal-Villanova Preparatory School. Għaliha attendew ukoll il-Pirjol Ġenerali, Patri Joseph L. Farrell O.S.A.,

Kompli aqra »

Grupp ta’ aħwa Agostinjani jinġabru għal jiem ta’ rtir

Bejn it-12 u s-16 ta’ Ottubru, grupp ta’ aħwa Agostinjani inġabru għal ftit jiem ta’ rtir f’Dar il-Ħanin Sammaritan, f’Santa Venera. Dawn il-jiem offrew opportunita mill-isbaħ biex l-aħwa setgħu jieqfu ftit mir-rutina tal-ħajja u jgħixu mumenti ta’ aktar skiet, talb, riflessjoni u qsim. L-aħwa kienu akkumpanjati minn Fr Kevin Schembri li offra żewġ mumenti ta’ riflessjoni kuljum. Ir-riflessjonijiet offrew mixja li titlaq mir-rikonoxxenza tal-preżenza ta’ Alla li ħabbna u sejħilna

Kompli aqra »

Issieħeb fin-newsletter tagħna





Segwina online​

Cover for Augustinians Malta - Agostinjani
Page likes: 5

Augustinians Malta - Agostinjani

(opens in a new tab)

The Order of Hermits of Saint Augustine (Augustinians) is a religious order of brothers (many of whom are ordained priests) within the Catholic Church. The Order was founded in 1256 under the Rule of Saint Augustine.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons

Photos from Amigos's post ...

Image attachment
Image attachment

Laqgħa ta' talb għall-bżonnijiet tal-vokazzjonijiet Agostinjani.
Nhar il-Ħamis, 12 ta' Novembru, fil-Kappella ta' Santa Rita f'San Ġiljan fis-6pm.
Wara l-laqgħa ser ikun hemm bibita. Trasport ser ikun provdut
Min hu interessat huwa ġentilment mitlub javża lill-Pirjol jew lil min hu responsabbli.
...

Laqgħa ta talb għa

Ħinijiet tal-Quddies

Scroll to Top