Ħa nersqu lejn id-dawl biex nuru li hemm Alla f’għemilna, billi nagħmlu dak li hu sewwa
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B 2 Kronaki 36:14-16.19-23; Salm 136; Efesin 2:4-10; San Ġwann 3:14-21 Aqra’: Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Riflessjoni: “Minn hemm għandu jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”. Hekk nistqarru meta ngħidu l-Kredu ta’ l-Appostli. Biss qatt staqsejna lilna nfusna xi tfisser “minn hemm għandu jiġi”. Meta ngħidu “Min hemm, minn fejn?” Probabilment ma staqsejniex …