Riflessjonijiet u artikli

Ilma li jagħti l-ħajja

It-tielet Ħadd tar-Randan Sena A – Il-laqgħa mal-mara Samaritana (Ġwanni 4:5-42) Ilma li jagħti l-ħajja L-għatx tal-mara Samaritana huwa simbolu tal-bżonnijiet l-iktar profondi fil-bniedem: il-bżonn tal-paċi, ta’ l-imħabba, tas-serenita, tat-tama, tal-ferħ, tas-sinċerita u tal-bżonn ta’ Alla. Dawn huma il-bżonnijiet li kull bniedem jesperjenza. L-ilma tal-bir jissimboliżża dak li jipprova jagħmel il-bniedem biex jaqta l-għatx, għatx li l-ebda ħaġa materjali ma tista tissodisfa. L-ilma ħaj li Ġesu’ jwiegħed huwa tip ta’ […]

Ilma li jagħti l-ħajja Kompli aqra »

Inkompli naqsam ħajti magħkom

Inkompli naqsam ħajti magħkom Meta kont tifel jien, bil-bombi niżlin fuq rasna, l-akbar qatla tiegħi kienet li rrid ninżel fix-xelter u nieqaf nilgħab il-ballun fit-triq! Il-ballun kien taċ-ċarruta li konna nixtruh sold – (żgur inqas minn 50c.) minn għand il-Landiera – il-ħajjata ta’ Simons Avenue Hal-Tarxien. Min hu tampari jiftakaraha żgur!! Din kienet ħajjata prima imma ċ-ċraret tal-ħwejjeġ li kien jifdlilha meta kienet tħit, ma kinitx tarmihom imma tagħmel dawn

Inkompli naqsam ħajti magħkom Kompli aqra »

Hemm dawl li qatt ma jbatti

Ir-raba’ Ħadd Tar-Randan sena A – Ġesu’ jiltaqa ma’ l-għama minn twelidu (Ġwanni 9,1-4.10) Hemm dawl li qatt ma jbatti L-Evanġelista San Ġwann huwa mnebbaħ mill-ġrajja meta Ġesu’ ltaqa ma’ l-għama minn twelidu. Huwa juża din il-ġrajja biex jiżviluppa tema ċentrali tal-messaġġ nisrani: is-salvazzjoni mogħtija minn Kristu. Jeżistu nies li huma għomja imma li jaħsbu li għandhom id-dawl u l-kapaċità li jagħtu valur huma lil kollox: flus, suċċess, karriera, sesswalità,

Hemm dawl li qatt ma jbatti Kompli aqra »

Ikkwieta kullma hemm ġewwa fija Mulej!

Iskot…u kun af li jien Alla. L-Istrittura tizgurana li jekk ‘nisktu’/’nikkwietaw ġewwa fina’…nsiru nafu lil Alla! Imma din iktar faċli tgħidha milli tagħmilha! Blaise Paschal darba qal: “Il-mizerji kollha tal-bniedem, ġejjin mill-fatt li ħadd ma jaf joqgħod bilqiegħda ‘kwiet’ għal siegħa.” Din li noqgħodu ‘kwieti’ (achieving stillness) donnha hi ikbar minna u f’ċertu sens tħallina b’ċertu dilemma, għax minn naħa ngħidu li għandna bzonn il-kwiet biex insibu lil Alla; u

Ikkwieta kullma hemm ġewwa fija Mulej! Kompli aqra »

Saqajna hawn fl-art u …ħarsitna ‘l fuq!

Jgħidu li l-affarijiet jinbidlu, li s-snin jgħaddu, li s-sema jinfetaħ u li l-istilel..mhux vera jaqgħu. Jgħidu li xejn ma jintilef u kollox għad jittrasforma ruħu..l-istess bħas-sħab li jiġu fuqek u jxarrbuk… u mbagħad jitilqu ‘l hemm. Jgħidu li l-imħabba tiġi meta l-inqas tistenniha, tinduna… għax tifqalek qalbek u għajnejk jiħmaru. Jgħidu li jekk tħares lejn il-baħar tliet darbiet mal-istess persuna, parti minn dik il-persuna, tibqa’ tiegħek/miegħek għal dejjem. Jgħidu li

Saqajna hawn fl-art u …ħarsitna ‘l fuq! Kompli aqra »

Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura

Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura – Rabat (28 ta’ Ottubru 2017) Meta niltaqgħu flimkien għal Ewkaristija…aħna ma niġux hawn bi drawwa! Niġu hawn… biex niltaqgħu ma dak li l-iktar jħobbna, biex nisimgħu kelmtU, biex meta noħorġu minn hawn..nibqgħu mexjin warajh: il-Ħaruf t’Alla. Niġu hawn biex ngħaqqdu l-esperjenzi li ngħaddu minnhom – dak li qed ngħixu, dak li hemm fina – u narawhom fid-dawl tiegħu. F’ċertu sens..inħarsu lejħ…’l fuq..minn fejn tiġina kull

Riflessjoni fil-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura Kompli aqra »

200 sena Provinċja: Inġorru f’qalbna ħolma u missjoni mill-isbaħ

Il-ħolma li welldet qalb… qalb li llum għadha ħajja, tbaqbaq, sabiħa! 13 ta’ Novembru 354.  F’Tagaste (Souk-Ahras) fl-Afrika Rumana jitwieled Wistin iben Patrizju, pagan, u Monika, nisranija qaddisa. Wistin żgħir kien ġa milqugħ fil-katekumenat u ngħata s-sinjal tal-melħ. Iktar tard hu stess kiteb: “Isem Ġesù…il-qalb ċkejkna tiegħi xorbitu bit-tjieba ma’ ħalib ommi u żammitu fis-sħiħ.” (Stqarrijiet III,4).

200 sena Provinċja: Inġorru f’qalbna ħolma u missjoni mill-isbaħ Kompli aqra »

Tereża Spinelli: Mudell għall-bniedem tal-lum

Tereża Spinelli: mudell għall-bniedem tal-lum[1] Il-bniedem ta’ kull żmien ifittex mudelli li fuqhom ikun jista’ jispira ruħu. Il-Knisja dan tagħrfu u tippreżentalna mudelli li fuqhom in-nisrani jista’ jfassal il-ħajja evanġelika, bħala għajnuna sabiex jilħaq il-milja tas-sejħa tiegħu: il-qdusija. Madre M.a Tereża Spinelli (Ruma 1789-Frosinone 1850), fundatriċi tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija (hawn Malta magħrufin bħala s-sorijiet ta’ Santa Monika) ftit taż-żmien ilu ġiet dikjarata mill-Knisja bħala Venerabbli. Dan

Tereża Spinelli: Mudell għall-bniedem tal-lum Kompli aqra »

Scroll to Top