Franco Grech osa

Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. Franco Grech osa

 

Alla ma jaqtax qalbu quddiem il-ħażen.

Ġen 9:8-15; Salm 24; 1 Pietru 3:18-22; Mark 1:12-15 Aqra’: “Inqiegħed il-qaws tiegħi fis-sħab, u jkun sinjal tal-patt bejni u bejn l-art. Meta niġma’ s-sħab fuq l-art u tfeġġ il-qawsalla fis-sħab, jien niftakar fil-patt bejni u bejnkom u bejn kull ruħ ħajja f’kull laħam; ma jkunx hemm iżjed l-ilma tad-dulluvju biex jeqred kull laħam ħaj”. “ “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju” Riflessjoni: L-awtur …

Alla ma jaqtax qalbu quddiem il-ħażen. Kompli aqra »

Ħa jkollna l-kuraġġ li ngħidu aħna wkoll lill-Mulej: “Jekk trid tista tfejjaqni!”

It-6 Ħadd matul is-Sena B Levitiku 13:1-2.45-46; Salm 31; Kor 10:3-11; Mk 1:40-45 Aqra’: Resaq fuq Ġesu wieħed imġiddem bil-lebbra jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkopptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista tfejjaqni!” Imqanqal mill-ħniena, Ġesu’ medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!” Riflessjoni: Alla tagħna jersaq lejn min għandu l-ġdiem spiritwali…id-dnub, jersaq lejn min għandu ġdiem psikoloġiku… dwejjaq, solitudni, tensjoni biża’; jersaq ukoll lejn min għandu ġdiem fiżiku…kull għamla …

Ħa jkollna l-kuraġġ li ngħidu aħna wkoll lill-Mulej: “Jekk trid tista tfejjaqni!” Kompli aqra »

Kull darba li nixxuttaw demgħa, inkunu qed nieħdu sehem fis-salvazzjoni li ġabilna Kristu.

Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-Sena B Ġob 7, 1-4. 6-7; Salm 146; 1 Kor 9, 16-19. 22-23; Mk 1, 29-39 Aqra’: “Faħħru l-Mulej, li jfejjaq il-qlub maqsuma”. “Ġesu’ fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard, u ħareġ għadd kbir ta’ xjaten li hu ma kienx iħallihom jitkellmu, għax huma kienu jafu min Kull darba li nixxuttaw demgħa, inkunu qed nieħdu sehem fis-salvazzjoni li ġabilna Kristu.kien” Itlob: “Il-għada filgħodu, kmieni …

Kull darba li nixxuttaw demgħa, inkunu qed nieħdu sehem fis-salvazzjoni li ġabilna Kristu. Kompli aqra »

Infittxu li mill-lum ‘il quddiem nieħdu iktar bis-serjeta’ dak kollu li jgħidilna l-imgħallem Ġesu’

Ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-Sena B Dewt 18, 15-20; Salm 94; 1 Kor 7, 32-35; Mk 1, 21-28 Aqra’: “U l-Mulej qalli: ‘…..Jiena nqajmielhom profeta bħalek, minn fost ħuthom; inqiegħed kliemi fuq fommu, u jħabbrilkom kull ma nordnalu’”. “F’jum is-Sibt, Ġesu’ daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa u mhux bħall-kittieba” Itlob: Nitolbu biex il-Mulej jimliena bl-Ispirtu Qaddis …

Infittxu li mill-lum ‘il quddiem nieħdu iktar bis-serjeta’ dak kollu li jgħidilna l-imgħallem Ġesu’ Kompli aqra »

Ħa nużaw iż-żmien li Alla silifna billi nsibu okkażjonijiet biex nikbru fl-imħabba u fl-għaqda tagħna ma’ Alla u mal-proxxmu

It-Tielet Ħadd ta’ matul is-Sena B Ġona 3:1-5.10; Salm 24; Kor 7:29-31; Mk 1: 14-20 Aqra’: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”. Itlob: Nitolbu mas-Salmista: Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-Salvazzjoni tiegħi. Riflessjoni: Fil-bidu tal-ktieb tiegħu, San Mark, jippreżenta lil Ġesu’ bħala l-messaġġier li għandu l-missjoni li jħabbar l-Evanġelju, l-Aħbar it-tajba lill-poplu. Aħbar li tant …

Ħa nużaw iż-żmien li Alla silifna billi nsibu okkażjonijiet biex nikbru fl-imħabba u fl-għaqda tagħna ma’ Alla u mal-proxxmu Kompli aqra »

Mulej għarrafni l-isem li bih sejjaħtli qabel ma tnissilt f’ġuf ommi.

It-2 Ħadd matul is-Sena B Samwel 3:3b-10.19; Salm 39; Korintin 6:13c-15a.17-20; Ġwanni 1:35-42 Aqra’: Il-Mulej ġie, waqaf ħdejh, u sejjaħ bħal drabi oħra: “Samwel! Samwel!” U Samwel wieġeb: “Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’”. Wieħed mit-tnejn li semgħu x’kien qal Ġwanni u marru wara Ġesu’ kien Indri, ħu Xmun Pietru. L-ewwel ma għamel mar isib lil ħuħ Xmun, u qallu: “Sibna l-Messija” – li tfisser Kristu. U ħadu għand Ġesu’. …

Mulej għarrafni l-isem li bih sejjaħtli qabel ma tnissilt f’ġuf ommi. Kompli aqra »

Aħseb f’xi ħadd li jixtieq jaqsam ma’ oħrajn l-imħabba ta’ Alla, imma m’għandux il-kuraġġ li jagħmel dan

Il-Magħmudija tal-Mulej Isaija 55:1-11, Salm 12:2-3.4bcd.5-6;  1Ġw 5,1-9; Mk 1:7-11 Aqra’: Ġwanni l-Battista huwa profeta li juri l-presenza ta’ Alla fostna, u dak li Alla jistenna minna l-bnedmin. Ġwanni jipprietka l-indiema. Huwa jgħaraf dak li hu divin f’Ġesu’, u fuq l-insistenza ta’ Ġesu’ jgħammdu. Irrifletti: Il-Magħmudija tagħmilna ulied Alla. Tikkonferma li aħna maħbubin minn Alla. L-imgħammdin għadhom sikwiet jirriflettu fuq jekk humiex jgħixu skont tagħlim ta’ Ġesu’. Il-magħmudija tikkonferma l-imħabba …

Aħseb f’xi ħadd li jixtieq jaqsam ma’ oħrajn l-imħabba ta’ Alla, imma m’għandux il-kuraġġ li jagħmel dan Kompli aqra »

Bħall-Maġi ngħarfu li l-għaref tassew ma jingħalaqx fih innifsu, imma jinfetaħ għal Alla.

L-Epifanija tal-Mulej Isaija 60:1-6; Salm 71; Efesin 3:2-3a.5-6; Mt 2:1-12 Aqra’: “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!” “Il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew. Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali, deheb, inċens u mirra”. …

Bħall-Maġi ngħarfu li l-għaref tassew ma jingħalaqx fih innifsu, imma jinfetaħ għal Alla. Kompli aqra »

Kliem ix-xiħ żomm fih! Hekk għamlu l-familja Imqaddsa meta ltaqew max-xwejjah Xmun u max-xwejħa Anna.

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesu’, Marija u Ġużeppi Ġen 15:1-6; 21:1-3; Salm 104; Lhud 11:8. 11-12. 17-19; Lq 2:22-40 Aqra’: Ix-xwejjaħ Xmun: “Issa, o Sid, tista tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem skont kelmtk, għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt għallpopli kollha, dawl biex idawwal ilġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Israel”. Il-Profetessa Anna “bdiet rodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ …

Kliem ix-xiħ żomm fih! Hekk għamlu l-familja Imqaddsa meta ltaqew max-xwejjah Xmun u max-xwejħa Anna. Kompli aqra »

Ma’ Marija nitolbu lill-Mulej li jsir minna skont kelmtu.

Ir-raba’ Ħadd ta’ l-Avvent Sena B 2 Sam 7, 1-5. 8b-12. 14a.16; Salm 88; Rum 16, 25-27; Lq 1, 26-38 Aqra’: “Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: ‘Meta inti ttemm żmienek u tkun striħajt ma missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħiereġ minn ħdanek. Il-familja tiegħek u s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi”. “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fi ħdanek u jkollok …

Ma’ Marija nitolbu lill-Mulej li jsir minna skont kelmtu. Kompli aqra »

Scroll to Top