David Cortis osa

Riflessjonijiet u artikli miktuba minn P. David Cortis osa

Erfa’ għajnejk u ħares lejn l-għelieqi

L-enċiċlika Laudato Si, ippubblikata fl-24 ta’ Mejju 2015, fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, hija dwar l-għożża tad-dar komuni, jiġifieri dwar il-ħolqien u l-ambjent. Tfittex kemm tfittex tistenniex li ser issib xi kwotazzjoni minn Santu Wistin f’din l-enċiċlika…Lanqas waħda! U għalhekk tistaqsuni, mela dan kollu fuq l-ambjent, ħolqien, l-ekoloġija, l-enċiċlika u llum l-festa ta’ Santu Wistin, x’għandu x’jaqsam? 

Erfa’ għajnejk u ħares lejn l-għelieqi Kompli aqra »

Alla kuljum isejjaħ

Kif inħares lejn is-sejħa tas-saċerdozju Is-sejħat li jagħmel Alla huma sejħat ta’ kuljum u mhux ta’ darba biss. Għalkemm żmien ilu, l-maħbub Alla, għamilli din is-sejħa, huwa ta’ kuljum ikompli jagħmel din is-sejħa u din f’ambjent partikolari, fil-każ tiegħi, is-sejħa tas-saċerdozju fl-Ordni Agostinjan, f’mixja wara Ġesu, fuq il-passi ta’ Santu Wistin.

Alla kuljum isejjaħ Kompli aqra »

Esperjenza vokazzjonali ftit aktar fit-tul

X’tixtieq minn ħajtek? Kif timmagina lilek innifsek fi żmien 5 jew 10 snin oħra? Dawn kieku żewġ mistoqsijiet li nista’ ngħid li ċaqalquni meta kont affrontat bihom. Kienu żewġ mistoqsijiet li l-imgħallem tiegħi fuq il-post tax-xogħol kien staqsieni waqt business-meeting u evalwazzjoni personali. Kieku mistoqsijiet li ftit ħsibt fuqhom u allura injorajthom.

Esperjenza vokazzjonali ftit aktar fit-tul Kompli aqra »

Scroll to Top