Rabat u Baħrija

Inawgurazzjoni tar-Restawr tal-Orgni fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat

Is-Sibt 23 ta’ April 2022, fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat saret l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Orgni, proġett li l-Komunita Agostinjana flimkien mal-Augustinian Cloister Foundation kienu ilhom jadmu fuqu għal diversi snin. Dan il-Proġett seta jsir grazzi għas-sapport finanzjarju ta’ Dr Gilles u Mrs Claudine Gutierrez. Għaċ-ċerimonja kienet preżenti ukoll l-E.T. l-ambaxxatriċi ta’ Franza għal Malta s-Sinjura Agnès von der Mühll. L-Orgni fil-Knisja ta’ San Mark kien ġie nstallat fl-1959 mid-ditta rinomata V. […]

Inawgurazzjoni tar-Restawr tal-Orgni fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat Kompli aqra »

Il-Festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati fir-Rabat

Il-Ħadd 16 ta’ Jannar, fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati. Għalkemm ir-restrizzjonijiet tal-pandemija ma ppermettewx li jsiru ċelebrazzjonijiet barra mill-Knisja, fi tmiem il-quddiesa, il-Pirjol Provinċjali Patri Leslie Gatt O.S.A. bierek l-annimali domestiċi li nġiebu fil-knisja stess. Din hija tradizzjoni antika ferm marbuta ma din il-festa fil-knisja Agostinjana ta’ San Mark ir-Rabat. Filfatt kienet drawwa li l-granmastru jibgħat il-bhejjem tiegħu biex jitbierku fil-festa ta’

Il-Festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati fir-Rabat Kompli aqra »

Żewġ basso riljievi ġodda fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija

Il-Ħadd 16 ta’ Jannar, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Ewkaristija flimkien mal-Komunità tal-Baħrija fil-Knisja ta’ San Martin. Mons Arċisqof inawgura u bierek żewġ basso riljievi ġodda li ġew installati fil-Knisja ftit tal-ġranet ilu. Il-basso riljievi, xogħol tal-artist bravu Jennings Falzon tpoġġew wieħed fuq kull naħa tal-perspettiva tal-altar, u jissimbolizzaw l-Ewkaristija u d-Djakonija. Dik tal-Ewkaristija fil-fatt tpoġġiet eżattament fuq id-daħla għall-kappella tas-sagrament. L-oħra, li tissimbolizza d-djakonija, tpoġġiet fuq il-bieb li

Żewġ basso riljievi ġodda fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Ir-restawr tal-orgni ta’ Mascioni fil-knisja ta’ San Mark, ir-Rabat, Malta

It-tabella bl-isem fuq ġewwa tal-console tal-orgni ġġib l-isem ta’ min bnieh (Vincenzo MASCIONI), id-data li nbena (1959), in-numru 764 li juri l-kemm-il wieħed hu, u fejn hemm il-fabbrika Mascioni (Cuvil <Varese>). Mascioni hu wieħed mill-aktar bennejja tal-orgnijiet magħrufa Taljani. Bena ħafna orgnijiet barra mill-Italja, tnax minnhom fil-gżejjer Maltin. L-orgni li nsibu fil-knisja ta’ San Mark hu eżempju sabiħ ħafna tal-bini tal-orgnijiet Taljani ta’ żmienu. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet, anke l-coils eletriċi

Ir-restawr tal-orgni ta’ Mascioni fil-knisja ta’ San Mark, ir-Rabat, Malta Kompli aqra »

Ir-Restawr tal-Orgni tal-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat

Minn Jannar ta’ din is-sena, beda x-xogħol ta’ restawr fuq l-orgni tal-Knisja minħabba d-diversi ħsarat li kellu. Dan ix-xogħol għadu sejjer u nittamaw li għall-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena jkun lest minn kollox biex mill-ġdid inkunu nistgħu nerġgħu nitpaxxew bis-sbuħija tad-daqq tiegħu. The Augustinian Cloister Foundation fi ħdan il-Kunvent u l-Knisja kellha diversi pjanijiet ta’ attivitajiet biex jinġabru l-fondi għal dan il-proġett hekk important imma minħabba l-pandemija, kollox kellu

Ir-Restawr tal-Orgni tal-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat Kompli aqra »

Ħuna P. Xavier Mifsud OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb

B’sogħba kbira nħabbru l-mewt ta’ ħuna P. Xavier Mifsud OSA li llum l-Erbgħa 28 t’April 2021 mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu. P. Xavier dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat f’Villa Messina wara diversi snin fil-komunità tagħna tar-Rabat. P. Xavier twieled ir-Rabat fl-1933 u inagħqad mal-familja Agostinjana fl-1952. Wara li temm l-istudji tiegħu huwa kien ordnat Saċerdot fit-2 ta’ April 1960. L-ewwel snin tal-ministeru tiegħu għexhom fil-komunita

Ħuna P. Xavier Mifsud OSA mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb Kompli aqra »

L-ewwel fażi fir-restawr tal-orgni Mascioni tal-1959 fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat

L-ewwel aġġornament – Restawr tat-tliet imniefaħ: Tlestiet l-ewwel fażi tar-restrawr tal-orgni Mascioni (1959) fil-Knisja ta’ San Mark. It-tliet imniefaħ li jinfetħu doppju ġew restawrati kompletament, b’ġilda ġdida, tpoġġew f’posthom u tħaddmu. Qabel sar ir-restawr, l-imniefaħ kien għadhom bil-ġilda oriġinali tal-1959. Ma kinetx f’qagħda ħażina għall-aħħar u kienet isservi ftit snin oħra bi ftit traqqigħ. Imma, min-natura tar-restawr li jrid iwassal għal żmien twil ta’ servizz tajjeb, li traqqa’ biss mhux

L-ewwel fażi fir-restawr tal-orgni Mascioni tal-1959 fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat Kompli aqra »

Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni

Il-virus li f’dawn l-aħħar xhur ħoloq tant tensjoni u restrizzjonijiet fl-imġieba tagħna, dawn il-jiem laqat anke membru tal-Komunità tagħna l-patrijiet Agostinjni tar-Rabat. Konsegwenza ta’ hekk il-Knisja Konventwali ta’ San Mark tinsab magħluqa u l-patrijiet tal-komunita jinsabu fi kwarantina. Għalkemm żgur li  mhix esperjenza sabiħa, dawn il-jiem kienu anke mument fejn wieħed japprezza l-viċinanza ta’ tant persuni qrib tal-Komunita. Hekk kitbilna l-Pirjol tal-istess Komunita, P. Rafel Abdilla: “Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, hekk

Il-Komunità Agostinjana tar-Rabat turi l-apprezzament għas-solidarjetà u l-viċinanza ta’ tant persuni Kompli aqra »

Statwa ġdida fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija

Nhar il-Ħadd, 1 ta’ Novembru fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija ġiet inawgurata statwa ġdida ta’ Sidtna Marija Omma Alla. L-istatwa, kienet imbierka mir-Rettur Fr Raymond Francalanza O.S.A fil-quddiesa tad-9am.  Ix-xogħol huwa tal-artist żagħżugħ Chris Ebejer u filfatt hija l-mudell tal-istatwa artistika li tinsab fid-daħla tal-Isptar Mater Dei. L-Agostinjani, partikolarment il-Komunita tar-Rabat, ilhom iservu fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija għal kważi sitt snin.

Statwa ġdida fil-Knisja ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Scroll to Top