Ministeru Pastorali

50 sena mill-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville

Nhar il-Ħadd 20 t’Awwissu, l-Eċċellenza Tiegħu L-Arċisqof Charles Scicluna żar għal-ewwel darba u qaddes quddiesa fil-knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville, fl-okkażjoni tal-50 sena meta l-bini tal-Knisja tlesta. F’dik l-istess ġurnata, jiġifieri fit-18 ta’ Awwissu 1973, l-Knisja l-ġdida ġiet imbierka mill-Assistent Ġenerali Agostinjan, li dak iż-żmien kien P. Egidio Galea OSA.Wara l-quddiesa sar riċeviment żgħir fil-kunvent, fejn l-Arċisqof iltaqa’ mar-residenti li jiffrekwentaw din il-knisja. Ritratti: Archdiocese of Malta

50 sena mill-bini tal-Knisja tal-Madonna tal-Bon Kunsill f’Paceville Kompli aqra »

Il-Kċina tal-Imħabba fil-Millennium Chapel

Il-Kċina tal-Imħabba ġiet inawgurata nhar il-Ħamis 20 ta’ Lulju b’ikla pprovduta b’mod ġeneruż minn The Avenue Restaurant u organizzata minn Tony Mejlaq u l-Prof Victor Grech. Għal din l-attività attendew 40 benefattur speċjali tal-Kappella tal-Millennju li taw kontribut ġeneruż għall-finanzjament tal-Kċina tal-Imħabba. Mistieden speċjali tas-serata kien il-Prof Richard England li kien iddiżinja l-Millennium Chapel. Il-Prof England ta waħda mill-pitturi u l-ktieb speċjali tiegħu tal-knisja tal-Manikata għall-irkant matul is-serata. Inġabret ukoll

Il-Kċina tal-Imħabba fil-Millennium Chapel Kompli aqra »

jumejn Għawdex mal-patrijiet Agostinjani

Matul is-sajf isiru diversi attivitajiet maż-żgħażagħ bħal live-ins, BBQs, mumenti ta’ talb u esperjenzi oħrajn li jkomplu jgħinu liż-żgħażagħ fil-mixja tal-ħajja tagħhom. Daniel Bajada, wieħed miż-żgħażagħ qasam l-esperjenza tiegħu tal-live-in li kien organizzat fil-bidu ta’ Lulju:  Il-Ħadd 2 ta’ Lulju, flimkien ma’ sħabi, Fr Terence, Fr Leslie u Fr Mario irħejnilha lejn Għawdex. Qattajna 3 ijiem flimkien fil-kunvent tal-Agostinjani fir-Rabat. Kull ġurnata kienet mimlija attivitajiet varji fejn għenuna nsiru nafu

jumejn Għawdex mal-patrijiet Agostinjani Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni tal-festa devota ta’ Santa Rita

Ix-xahar ta’ Mejju, għalina l-Agostinjani u għal tant devoti madwar id-dinja huwa marbut mal-figura tar-reliġjuża Agostinjana, Santa Rita ta’ Cascia. Santa Rita għexet fl-Umbria fl-Italja, aktar minn 600 sena ilu, imma l-esperjenzi differenti li l-ħajja laqqagħta magħhom, għamluha figura li tant tappella anke għaż-żminijiet tagħna. F’kull stat tal-ħajja li għexet, bħala, xebba, bħala mara miżżewġa, bħala omm, bħala armla u bħala soru Agostinjana, għexet b’mod erojku il-virtujiet insara partikolarment l-imħabba,

Ċelebrazzjoni tal-festa devota ta’ Santa Rita Kompli aqra »

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani f’Malta

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ April, lajċi midħla ta’ l-Agostinjani, iċċelebraw il-Konverżjoni ta’ Santu Wistin, San Mark (Protettur tal-Provincja Agostinjana Maltija), u l-Verġni Marija, (Omm tal-Parir it-tajjeb) fil-Knisja San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien permezz ta’ quddiesa mmexxija mill-Provinċjal P. Leslie Gatt osa. Wara dawk preżenti kienu mistednin ikomplu jaqsmu l-ferħ flimkien fl-Oratorju Agostinjan.

Laqgħa għal-lajċi Agostinjani f’Malta Kompli aqra »

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat

Il-Ħadd 15 ta’ Jannar, fil-Knisja Konventwali ta’ San Mark fir-Rabat ġiet iċċelebrata l-Festa tradizzjonali ta’ Sant’Anton Abbati bir-rit tat-tberik tal-annimali. Numru sabiħ ta’ nies bl-annimali tagħhom ħadu sehem fil-quddiesa, l-purċissjoni, u aktar tard iċ-ċerimonja ħelwa tat-tberik tal-annimali fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja. Il-festa bdiet bil-quddiesa fil-Knisja preseduta mil-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. u wara ħarġet il-purċissjoni qasira bil-istatwa tal-qaddis. Lura quddiem il-Knisja saret it-talba ta’ barka u l-ewwel ma tbierku kienu

Tberik tradizzjonali tal-Annimali fir-Rabat Kompli aqra »

Il-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Fil-bidu tas-sena 2014, il-Provinċja Agostinjana Maltija b’konformita’ ma dak li kien ġie maqbul b’mod unaminu fil-kapitlu Provinċjali Ordinarju 2014, kienet għamlet diskussjonijiet ma’ Mons Arċisqof (dak iż-żmien Mons Pawlu Cremona) u mal-Kurja tal-Arċidjoċesi li fiha wriet ix-xewqa li tibda sservi pastoralment f’xi realta’ ġdida tad-Djoċesi. Eventwalment, il-qbil infatti kien seħħ pjuttost malajr u fi ftit xhur, tant li fis-6 ta’ Diċembru, 2014, l-Eċċellenza Tiegħu Mons Charles J. Scicluna – dak iż-żmien Amministratur Appostoliku sede vacante – (illum

Il-Festa ta’ San Martin fil-Baħrija Kompli aqra »

Sena akkademika fl-Istitut Agostinjan: Jannar – Ġunju 2023

Sena Akkademika 2023 1 Semestru (Jannar – Marzu 2023) Il-Katekiżmu Agostinjan  De catechizandis rudibus (Kif tgħallem il-katekiżmu lil min għadu jibda)   Il-Ġimgħa, 13 ta’ Jannar 2023 (6.00 – 7.30pm) Searching and Confessing.Augustine of Hippo’s Quench for Wisdom and  Truth (Prof. Salvino Caruana OSA) VENUE: MILLENNIUM HALL (Augustinians, Millennium Chapel, Church Street, Paceville, St Julian’s)   PANEL: Rev. Dr Stefan Attard SThD (Greg.) Dean Faculty of Theology, University of Malta

Sena akkademika fl-Istitut Agostinjan: Jannar – Ġunju 2023 Kompli aqra »

L-Aħwa Agostinjani jiċċelebraw flimkien il-Festa ta’ Santu Wistin

Nhar il-Ġimgħa 26 t’ Awwissu l-aħwa Agostinjani iltaqgħu filgħodu għal mument ta’ talb fil-Knisja Santu Wistin, fil-Belt Valletta u wara komplew jiċċelebraw il-festa ta’ Santu Wistin b’ikla fraterna fir-refettorju tal-istess kunvent. Kien mument informali u sabiħ li fih l-aħwa setgħu jiltaqgħu flimkien għall-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin! Il-Festa t-tajba lil kulħadd!

L-Aħwa Agostinjani jiċċelebraw flimkien il-Festa ta’ Santu Wistin Kompli aqra »

L-Istatwa ta’ Santu Wistin lura fil-Knisja Parrokkjali

Permezz ta’ kunċert ta’ mużika sagra b’kompożizzjonijiet mill-arkivju tal-Kunvent, nhar it-Tlieta 23 t’Awwissu 2022, il-Komunità Agostinjana, flimkien mal-Komunità Parrokkjali laqgħu lura fil-Knisja l-istatwa Titulari ta’ Santu Wistin issa miżbuha u indurata. Matul din l-aħħar sena filfatt l-istatwa ttieħdet biex tinżebah u ssir l-induratura meħtieġa. Għal dan ix-xogħol tqabbad is-Sur Horace Farrugia tal-Imdina li huwa artist ta’ esperjenza kbira f’dan il-qasam. Huwa ħadem b’reqqa kbira l-ewwel fuq il-kisi bil-ġibs u l-iżgraffjar

L-Istatwa ta’ Santu Wistin lura fil-Knisja Parrokkjali Kompli aqra »

Scroll to Top