Ministeru Pastorali

Kunċert fil-Knisja ta’ San Mark fl-attività Rabat Sacrum

Il-Knisja u parti mil-Kunvent ta’ San Mark fir-Rabat kienu fost il-postijiet li wieħed seta jżur waqt l-attivita Rabat Sacrum li ġiet imtella nhar it-2 u t-3 ta’ Novembru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-Sibt, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja ta’ San Mark ittella’ kunċert bl-orgni u l-vjolin minn Justine Pearson u Christabelle Scerri. Apparti l-kunċert wieħed seta’ jitpaxxa bil-Knisja mill-isbaħ ta’ San Mark, is-Sagristija u parti mill-kunvent fejn ġew esebiti xi paramenti […]

Kunċert fil-Knisja ta’ San Mark fl-attività Rabat Sacrum Kompli aqra »

Viżta ta’ Mons Anton Teuma lill-Komunità Agostinjana ta’ Għawdex

Bħala parti mill-Viżta Pastorali li qed jagħmel fid-djoċesi ta’ Għawdex, nhar it-Tlieta 22 ta’ Ottubru l-E.T. Mons Anton Teuma żar il-Komunita Agostinjana li tgħix u sservi fil-Belt Victoria. Preżenti għal laqgħa kien hemm anke l-Provinċjal P. Leslie Gatt O.S.A. Fil-laqgħa, Mons Teuma wassal l-apprezzament tiegħu għall-preżenza tal-komunitajiet reliġjużi fil-knisja f’Għawdex kif ukoll għas-servizz li r-reliġjużi Agostinjani jagħtu lill-Knisja lokali. Barra s-servizz sagramentali fil-Knisja ta’ Santu Wistin u postijiet oħra, ir-reliġjużi

Viżta ta’ Mons Anton Teuma lill-Komunità Agostinjana ta’ Għawdex Kompli aqra »

Ftuħ ta’ The Saint Augustine Priory Interpretation Centre fin-Notte Bianca

Il-Kunvent ta’ Santu Wistin tal-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Soċjo-Kulturali Ambjentali Augustina qed joqorbu biex jitlesta l-Proġett ta’ restawr estensiv tal-kwartier li l-patrijiet Agostinjani kienu inagħtaw sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Belt Valletta. Nhar is-Sibt 5 ta’ Ottubru, waqt in-Notte Bianca, il-proġett infetaħ mill-ġdid wara ammont kbir ta’ restawr li sar kemm fuq il-faccati ta’ barra, imma anke fuq diversi spazji oħra li ser ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku waqt li jintużaw għal diversi

Ftuħ ta’ The Saint Augustine Priory Interpretation Centre fin-Notte Bianca Kompli aqra »

L-Aħwa Agostinjani jiltaqgħu għall-Festa ta’ Santu Wistin

L-Erbgħa 28 t’Awwissu l-aħwa Agostinjani iltaqgħu filgħodu għal mument ta’ talb fil-Knisja Santu Wistin, fil-Belt Valletta u wara komplew jiċċelebraw il-festa ta’ Santu Wistin b’ikla fraterna fir-refettorju tal-istess kunvent. Kien mument informali u sabiħ li fih l-aħwa setgħu jiltaqgħu flimkien għall-festi ta’ Santa Monika u Santu Wistin! Għal dan il-mument kien hemm ukoll il-Pirjol Ġenerali tal-Agostinjani Skalzi flimkien ma’ 2 reliġjużi oħrajn li jgħinu fit-tmexxija ta’ din l-ordni, student agostinjan

L-Aħwa Agostinjani jiltaqgħu għall-Festa ta’ Santu Wistin Kompli aqra »

Żgħażagħ iħallu Malta biex jiskopru iktar lilhom infushom u lil Alla

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju fil-Knisja ta’ San Nikola minn Tolentino, f’Ħal Tarxien 20 żagħżugħ u żagħżugħa inġabru flimkien biex jitolbu lil Alla jkun magħhom fl-esperjenzi differenti li ser jagħmlu dan is-sajf barra minn Malta. Il-grupp Amigos għat-30 darba mmexxi minn fr Mario Abela ser ikun qiegħed iħalli Malta lejn il-Mozambique u jagħmel ħidma missjunarja mal-foqra. Matul dawn it-3 ġimgħat dan il-grupp ser ikun qiegħed jgħin fil-bini ta’ għerejjex li

Żgħażagħ iħallu Malta biex jiskopru iktar lilhom infushom u lil Alla Kompli aqra »

Festa Familja Agostinjana Organizzata mill-Kummissjoni Provinċjali għall-Lajċi

Nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Provinċjali għal-Lajċi organiżżat il-Festa Familja Agostinjana li saret attività mistennija ta’ kull sena minn diversi lajċi qrib tal-komunitajiet Agostinjani. Fl-attività li ttellgħet f’Għawdex, ħadu sehem aktar minn mitt persuna li kienu ġejjin mill-komunitajiet u oqsma differenti tal-ħidma tal-Agostinjani f’Malta. Il-ġurnata fil-gżira Għawdxija bdiet b’dawra panoramika bil-ferrovija u ftit ħin liberu fil-Belt Victoria. F’nofsinhar il-grupp inġabar għall-ikel f’Marsalforn u wara l-ikel mar għal mument ta’

Festa Familja Agostinjana Organizzata mill-Kummissjoni Provinċjali għall-Lajċi Kompli aqra »

Ħuna Fra Mario Bonnici osa mar jiltaqa mal-Mulej li tant ħabb

Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ Fra Mario Bonnici OSA li nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju 2024 mar jiltaqa’ mal-Mulej li tant ħabb u qeda matul ħajtu. Fra Mario dawn l-aħħar ġimgħat kien rikoverat fl-isptar Karen Grech.  Bħala reliġjuż, Fra Mario qatta żmien twil fil-komunità f’Tal Pietà fejn kien jaħdem fil-Kulleġġ Santu Wistin. Sitt snin ilu imbagħad beda jagħmel parti mill-komunità tal-Parroċċa Santu Wistin tal-Belt Valletta.  Fra Mario

Ħuna Fra Mario Bonnici osa mar jiltaqa mal-Mulej li tant ħabb Kompli aqra »

“Offru t-toqol u t-tbatija tagħkom għall-vokazzjonijiet…”

Fiċ-ċelebrazzjoni tradizzjonali għall-Morda u l-Anzjani fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta, il-Provinċjal P. Leslie Gatt  OSA, inkoraġixxa lill-morda biex iħaddnu lil Ġesù kif għamlu tant qaddisin fit-toqol tal-ħajja. Il-Provinċjal ħeġġeġ biex waqt li jsibu l-kuraġġ fl-interċessjoni tal-qaddisa tal-impossibbli Santa Rita, joffru t-tbatija u t-toqol tal-mard tagħhom għal aktar vokazzjonijiet – u vokazzjonijiet qaddisa – fil-Knisja u fil-Familja Agostinjana fejn Santa Rita għexet il-konsagrazzjoni reliġjuża tagħha. Għall-quddiesa li fiha ġie

“Offru t-toqol u t-tbatija tagħkom għall-vokazzjonijiet…” Kompli aqra »

Scroll to Top