Ministeru Pastorali

P. Salvino Caruana – 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Ġunju, P. Salvino Caruana iċċelebra il-ħamsin sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. P. Salvino kien ordnat saċerdot fis-sena tal-Ġublew 1975 fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-belt tal-Vatikan, mill-Qdusija tiegħu il-Papa San Pawlu VI. Fost diversi saċerdoti oħra li ġew ordnati dakinhar, kien hemm miegħu anke il-mibki P. Manuel Borg Bonello. P. Salvino twieled Ħaż-Żabbar fit-28 ta’ Diċembru 1949. Sa minn età żgħira huwa beda l-formazzjoni tiegħu fil-familja Agostinjana u […]

P. Salvino Caruana – 50 sena ta’ Ministeru Saċerdotali Kompli aqra »

3 gruppi ta’ żgħażagħ ser ikunu qegħdin jagħmlu esperjenzi differenti ta’ knisja ħajja

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju, fil-Knisja San Nikola ta’ Tolentino, Ħal Tarxien, saret quddiesa li fiha 3 gruppi ta’ żgħażagħ ġew mibgħuta f’isem il-komunità nisranija biex jagħmel esperjenzi differenti ta’ knisja ħajja dan is-sajf barra minn xtutna.   Il-grupp Amigos għal-31 darba darba  immexxi minn fr Mario Abela u fr Terence Spiteri din is-sena ser ikun qiegħed iħalli Malta biex imur Iquitos (Perù) u jagħmel ħidma missjunarja flimkien mal-Agostinjani li

3 gruppi ta’ żgħażagħ ser ikunu qegħdin jagħmlu esperjenzi differenti ta’ knisja ħajja Kompli aqra »

Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Kappella u festa ta’ Santa Rita f’San Ġiljan

Nhar is-Sibt 31 ta’ Mejju, fil-Kappella ta’ Santa Rita San Ġiljan ġiet iċċelebrata l-festa tal-qaddisa li din is-sena qed niċċelebraw il-125 sena mill-kanonizzazzjoni tagħha. Fil-quddiesa preseduta mil-Provnċjal P. Leslie Gatt, ġie iċċelebrat ukoll il-25 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-istess kappella li kienet ġiet ikkonsagrata fis-sena tal-Ġublew il-kbir fis-sena 2000, mill-E.T. Mons Ġużeppi Mercieca, dak iż-żmien arċisqof ta’ Malta. Wara l-quddiesa sar imbagħad mument soċjali għall-komunità li tiffrekwenta l-Kappella bil-parteċipazzjoni ta’ banda żgħira

Anniversarju tal-Konsagrazzjoni tal-Kappella u festa ta’ Santa Rita f’San Ġiljan Kompli aqra »

Festi li saru Għawdex f’għeluq il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ S. Rita 1900-2025

Il-festi Ġubilari ta’ Santa Rita F’Għawdex fetħu bil-Pellegrinaġġ li sar għall-Cascia fis-19 ta’ Marzu 2025 fejn dawk li pparteċipaw kellhom l-okkażjoni li jagħqdu l-Ġublew tat-Tama 2025 mal-Ġublew f’għeluq il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Rita 1900-2025. Fis-11 ta’ Mejju 2025, fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt Victoria, saret Akkademja Mużikali afdata f’idejn il-Fondazzjoni Santa Ċecilja, esegwita mill-Maestro Antoine Mercieca fejn ikkompona biċċiet mużikali oriġinali tiegħu, u saru wkoll diskorsi u poeżiji minn

Festi li saru Għawdex f’għeluq il-125 sena mill-Kanonizzazzjoni ta’ S. Rita 1900-2025 Kompli aqra »

Il-Festa ta’ Santa Rita – Rabat

Nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju 2025, fil-Knisja tagħna ta’ San Mark, ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita f’għeluq il-125 sena minn mindu Santa Rita ġiet iddikjarata qaddisa mill-Papa Ljun XIII fl-24 ta’ Mejju 1900. Din il-ġurnata tas-Sibt kienet immarkata bi tliet esperjenzi sbieħ ta’ talb u tifħir lil Alla għal kull ma għamel ma’ Santa Rita u li permezz tagħha għadu jagħmel ma’ kull min jersaq lejn din il-Qaddisa daqshekk

Il-Festa ta’ Santa Rita – Rabat Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta

Matul ix-xahar ta’ Mejju il-Familja Agostinjana, flimkien mal-knisja u mal-ħafna devoti ta’ Santa Rita, ċċelebrat il-festa liturġka tagħha. Din is-sena l-Provnċja Agostinjana Maltija ħasbet għal ċelebrazzjonijiet speċjali li permezz tagħhom iċċelebrat anke il-125 sena mill-kanonizzazzjoni tal-Qaddisa tal-Impossibbli li saret mill-Papa Ljun XIII fis-sena 1900. Iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt Valletta fetħu permezz tal-ewwel ħamis ta’ Santa Rita f’Jannar li għadda u laħqu l-qofol tagħhom permezz ta’ Pellegrinaġġ Nazzjonali

Ċelebrazzjonijiet Ċentinarji tal-Festa ta’ Santa Rita fil-Belt Valletta Kompli aqra »

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Nikola f’Ħal Tarxien

Nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju, il-Komunità Agostinjana f’Ħal Tarxien organizzat ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr  lil Alla f’għeluq il-50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja deddikata lil San Nikola ta’ Tolentino, li ġrat propju fl-10 ta’ Mejju 1975. Il-quddiesa preseduta mill-Provinċjal bdiet bl-inċensar tat-tnax il-salib li dak inhar tal-konsagrazzjoni kienu ġew midluka biż-żejt mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Aktar milli l-knisja tal-ġebel, il-komunità Agostinjana raddet ħajr lill-Mulej għal dawk ir-reliġjużi u l-lajċi li tul is-snin kienu

50 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ San Nikola f’Ħal Tarxien Kompli aqra »

L-Istitut Agostinjan bis-26 Lecture Annwali

Nhar l-Erbgħa 26 u l-Ħamis 27 ta’ Marzu L-Istitut Agostinjan,  bil-kollaborazzjoni tal- Fakulta tat-Teoloġija u l-Fondazzjoni tal-Istudji teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta organizza s-26 Saint Augustine Lecture. Is-Saint Augustine lecture hija appuntament annwali li fih jiġu mistiedna professuri ta’ fama internazzjonali li jippreżentaw temi diversi normalment ta’ natura Patristika jew  tal-Antikita Kristjana. Iż-żewġ lectutres ta’ din is-sena saru minn Dr Marie Pauliat li hija professur tal-Antikita Kristjana fuq it-testi u l-istorja fl-Universita

L-Istitut Agostinjan bis-26 Lecture Annwali Kompli aqra »

Wirjiet Sagri fil-Mużew u l-Kunvent San Mark fir-Rabat

“Wieqfa kienet imbikkija l-Omm ħdejn binha fit-tbatija” hija esibizzjoni ta’ statwi artistiċi tal-Madonna tad-Duluri, li qed tittella’ fil-Mużew tal-Kunvent tagħna fir-Rabat. Din il-wirja tinkludi xogħlijiet ta’ artisti Maltin kif ukoll internazzjonali. Il-wirja se tkun miftuħa fil-jiem li ġejjin: Din l-inizjattiva artistika fil-Kunvent tagħna tkompli b’esibizzjoni oħra, din id-darba b’ġabra ta’ pitturi relatati maż-żmien tar-Randan mill-artist Marcio Chigo. “Kollox hu mitmum”, sett ta’ pitturi, se jkun espost għall-pubbliku mill-4 ta’ April

Wirjiet Sagri fil-Mużew u l-Kunvent San Mark fir-Rabat Kompli aqra »

P. Ġulju Bonniċi O.S.A. – 75 sena Saċerdot

Fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-lum 25 ta’ Marzu 2025 filgħodu, il-Komunita’ tad-Dar tal-Kleru flimkien mal-Komunità Agostinjana raddew ħajr lil Alla f’għeluq il-75 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ Patri Ġulju Bonniċi. Patri Ġulju twieled il-Belt Valletta kważi mitt sena ilu u beda n-novizzjat fl-Ordni ta’ Santu Wistin fit-23 ta’ Novembru 1941. Sena wara imbagħad agħmel il-Professjoni Sempliċi tal-Voti tal-Faqar, il-Kastita u l-Ubbidjenza. Dakinhar beda jgħix il-konsagrazzjoni reliġjuża u hekk għamel għal dawn l-aħħar 83

P. Ġulju Bonniċi O.S.A. – 75 sena Saċerdot Kompli aqra »

Scroll to Top