Edukazzjoni

Esperjenza differenti għal grupp ta’ edukaturi mill-Kulleġġ tagħna

Grupp ta’ edukaturi mill-Kulleġġ Santu Wistin, flimkien mar-Rettur tal-Kulleġġ tagħna fr David Cortis osa, kellhom l-opportunità li jattendu kors interessanti ħafna f’Helsinki, fil-Finlandja, flimkien ma’ edukaturi minn pajjiżi oħra Ewropej bħala parti mill-programm tal-Unjoni Ewropea Erasmus+. Din l-esperjenza kienet l-ewwel u qabel kollox prova ta’ kemm il-kulleġġ tagħna qed jaħdem fi ħdan standards għoljin, peress li ġie nnutat li xi prattiċi u metodi użati fil-Finlandja, qed jiġu applikati wkoll fil-kulleġġ […]

Esperjenza differenti għal grupp ta’ edukaturi mill-Kulleġġ tagħna Kompli aqra »

Żgħażagħ u Dixxerniment Vokazzjonali – Kulleġġ Santu Wistin

Kull xahar, diversi gruppi ta’ studenti mis-sekondarja fil-kulleġġ tagħna jkollhom l-opportunità li jqattgħu ftit ħin mal-komunità tal-patrijiet f’Tal Pietà permezz ta’ platt għaġin jew pizza tajba, mument ta’ talb, laqgħa ta’ diskussjoni u ftit logħob fil-basement tal-kunvent li fih diversi logħob bħal billiard, table tennis, table soccer, board games, darts eċċ… Dawn il-laqgħat isiru kull xahar mic-chaplaincy tal-kulleġġ u mill-komunità tal-patrijiet fil-breaks tal-istudenti kif ukoll wara l-ħin tal-iskola. Apparti dawn

Żgħażagħ u Dixxerniment Vokazzjonali – Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni virtwali ta’ komunità edukattiva

Dan ix-xahar, il-Kulleġġ Santu Wistin għadu kemm ħareġ il-websajt il-ġdida tiegħu. Huwa spazju sabiħ ħafna u estetikament pjaċevoli li joffri lill-qarrej preżentazzjoni ċara tal-Kulleġġ tagħna fi kliem, stampi u kuluri. Barra minn hekk, wieħed jista’ jsib fiha ċelebrazzjoni virtwali ta’ komunità edukattiva ta’ nies li ngħaqdu flimkien u kontinwament jistinkaw biex jipprovdu appoġġ olistiku liż-żgħażagħ fdati lilhom. Dan huwa l-ispirtu li ispira lill-aħwa Agostinjani tagħna aktar minn 170 sena ilu

Ċelebrazzjoni virtwali ta’ komunità edukattiva Kompli aqra »

L-istudenti tal-Kulleġġ Santu Wistin jgħinu familji fil-bżonn

Bħala parti mill-preparazzjoni għall-Milied fi żmien l-Avvent, l-istudenti kollha tal-Kulleġġ mill-Primarja u mis-Sekondarja, taw kontribuzzjoni għall-proġett tal-Millennium Chapel immexxi mill-Familja Agostinjana f’forma ta’ ikel. L-inizjattiva tnehdiet mic-Chapliancy teams. L-istudenti tal-Primarja u s-Sekondarja kienu mistiedna jġibu ikel biex jitqassam mil-Millennium Chapel lil familji fil-bżonn. Permezz ta’ din l-attivita’ huma saru iktar konxji li f’dan iż-żmien tal-Milied, mhux kulħadd għandu dak kollu li jixtieq, imma hemm tfal tamparahom illi għandhom nuqqasijiet bażiċi

L-istudenti tal-Kulleġġ Santu Wistin jgħinu familji fil-bżonn Kompli aqra »

Serata tal-Unuri – Kulleġġ Santu Wistin

Nhar il-Ħamis 14 u l-Ġimgha 15 ta’ Novembru, il-Kulleġġ iċċelebra s-Serata tal-Unuri għas-sena skolastika li għaddiet ġewwa s-Sala tal-Kampus tal-Primarja fil-Marsa. L-Onor. Evarist Bartolo u d-Direttur tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, s-Sur Ian Mifsud, attendew is-serata tal-Ħamis. L-istudenti ġew ippremjati għall-kisbiet akkademiċi tagħhom, permezz ta’ premijiet lil studenti li ġew l-ewwel fis-sena tagħhom, f’suġġetti partikolari jew li kisbu marki għoljin f’suġġetti partikolari. Il-Kulleġġ jemmen ukoll li studenti li tejbu l-marki tagħhom minn

Serata tal-Unuri – Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Ekoskola u Go Green fil-Kulleġġ Santu Wistin

Matul is-snin li għaddew il-Kulleġġ Santu Wistin ħadem biex jgħin lill-istudenti fil-Primarja u Sekondarja japprezzaw iktar l-ambjent u n-natura filwaqt li jkunu minn ta’ quddiem biex jieħdu sehem f’inizjattivi li jgħinu l-ambjent u użu aħjar tar-riżorsi u l-affarijiet li għandna. Matul is-sena skolastika li għaddiet fil-Primarja, l-istudenti flimkien mal-Edukaturi u diversi ġenituri ingħaqdu flimkien biex permezz ta’ tyres użati jsebbħu l-ġnien li għandhom fl-istess skola. F’dan iż-żmien l-istudenti kollha tal-Primarja

Ekoskola u Go Green fil-Kulleġġ Santu Wistin Kompli aqra »

Scroll to Top